News and Events

Skema ghall-Finanzjament lill Kazini tal-Banda
il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Gvern Lo...
9th May 2017
Laqgha Generali Annwali
Il-Gimgha 30 ta\' Settembru 2016 saret il-laq...
1st Oct 2016
Seminar - Id-Delegat tal-Banda
Ir-rwol tad-delegat tal-Banda
5th Mar 2016
Festa Santa Ċeċilija
Ċelebrazzjoni tal-festa ta Santa Ċe...
29th Nov 2014
The Boston Boys
Percussion and Guitar Master Class / Concert ...
2nd Dec 2013
Il-perkussjonista famuż Peter Sadlo fit-Teatru Manoel
It-Teatru Manoel jippreżenta il-kunċ...
22nd Oct 2013
IL-UoM JUNIOR COLLEGE ORCHESTRA TIĊĊELEBRA
Il-University of Malta Junior College Orchest...
19th Sep 2013
Awguri lil Prim Ministru ta Malta
L-Ghaqda Kazini tal-Banda tibghat l-awgurju t...
13th Mar 2013
Cerimonja: It-Taghlim Muzikali taz-Zghazagh fil-Kazini tal-Banda
Cerimonja tal-gheluq tal-progett: It-Taghlim ...
18th Jan 2013
Festa Sta Ċecilja - 24 Nov 2012
Quddiesa fil-Konkatidral tal-Belt u marċ...
24th Nov 2012
Festa Sta Ċecilja - 12 Nov 2012
Għawdex - Quddiesa u Marċ Mill Band...
12th Nov 2012
Festa Sta Ċecilja - 4 Nov 2012
Kuncert Fit-Teatru Manoel Mill-Banda Mt. Carm...
4th Nov 2012
Laqgħa Ġenerali Statutorja - 1 Ott 2012
Laqgħa Generali
1st Oct 2012
Laqgħa Ġenerali - 21 Sett 2012
Laqgħa Ġenerali, fil-każin tal...
21st Sep 2012
Stqarrija
STQARRIJA B’REFERENZA GHAL ARTIKLU FIT-TORCA ...
23rd Apr 2012
Attività mill-Banda San Ġiljan fl-iskola primarja - Dun Ġużepp Xerri
Attivita gimgha tal-banda
3rd Apr 2012
Press Release
L-Orizzont
28th Feb 2012
Statut Aggornat
l-iStatut tal-Ghaqda Kazini Tal-Banda kif agg...
24th Feb 2012
Seminar tal-Ghaqda Kazini tal-Banda
IL-BANDA GHADHA L-GHAN EWLIENI TAL-KAZINI TAL...
29th Jan 2012
Attivitajiet mill Ghaqda Kazini tal-Banda.
Attivitajiet mill Ghaqda Kazini tal-Banda. Ja...
27th Jan 2012
Artiklu Mil-President Lawrence Farrugia
Dwar id-dokument tal-festi, fil-gazzetta In-N...
30th Dec 2011
Festa Sta Cecilja - Il-Belt Valletta
Festa Sta Cecilja Ccelebrata gewwa l-Belt Val...
19th Nov 2011
Festa Sta Cecilja - Kercem Ghawdex
Festa Sta Cecilja iccelebrata mill-Ghaqda Kaz...
6th Nov 2011
Seminar flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni
Seminar organizzat mill-Ghaqda Kazini tal-Ban...
18th Jul 2011
Radju Elenjani 95.8 FM
Muzika | Tgharif Mummercjali | Marci| Attivit...
7th Apr 2011
Pres Release March 2011
Press Release by Malta Band Club Association ...
23rd Mar 2011
Annual General Meeting
The annual general meeting was held at the of...
25th Feb 2011
L-ewwel konferenza reġjonali dwar metodi kif tattira allievi ġodda
Is-Sibt, 12 ta’ Frar 2011 Ċentru għ...
12th Feb 2011
Feast of St Cecilia
The organisation celebrates the feast of St C...
20th Nov 2010
Music Courses
Music courses being organised by the organisa...
17th Oct 2010


News and Events - Festa Sta Cecilja - Kercem Ghawdex - 6th Nov 2011

Attivita fl-okkazjoni tal-festa ta' Santa Cecilja, Kercem Ghawdex. Nov 2011

Messagg tal-Isqof Mario Grech lill-Kazini tal-Baned f'Ghawdex [06.11.11):  "Fil-ħajja hemm ħwejjeġ li nistgħu nisilfuhom jew nisselfuhom; imma mbagħad hemm ħwejjeġ oħra li la nistgħu nagħtuhom u lanqas nirċevuhom!

L-għaqal, il-prudenża, l-irġulija, is-sens tal-qies, il-korrettezza, ir-responsabilita etc. huma valuri u virtujiet li ma jistgħu qatt jintalbu jew jinxtraw minn għand ħaddieħor, imma wieħed irid jaħdem għalihom, jikber fihom u jagħmilhom tiegħu! Hekk per ezempju, nafu b’kazi fejn il-ġenituri jkunu bil-għaqal imma t-tifel joħroġ iblaħ! Għalhekk importanti li wieħed jistinka biex irawwem fiħ dawn il-kwalitajiet li minnhom jiddependi jekk ikunx bniedem integru jew le! Kontra l-mentalita moderna li zzomm li dak li l-aktar jgħodd fil-ħajja huwa x’wieħed jkollu, hemm bzonn nikkonvinċu aktar ruħna li dak li għandu valur hu x’inhu l-bniedem (not to have but to be). Dak li jagħmel lil bniedem huma proprju dawn il-valuri li ma humiex trasferibli imma jibqgħu tiegħu jew tagħha personali.

Dan jgħodd ukoll f’dak li għandu x’jaqsam mad-dimensjoni spiritwali tal-bniedem. Infatti wieħed jista jitkellem ma ħaddieħor dwar Alla, wieħed jista jippriedka lill-oħrajn imma ma jista qatt iġiegħel lil ħaddieħor jemmen: il-fidi hija frott ta deċizjoni individwali u personali. Huwa fatt li l-fidi hija don minn Alla, imma jekk tkunx aċċettata jew rifjutata, jiddependi mid-deċizjoni ħielsa ta dak li jkun! Nistgħu ngħidu ħafna kliem sabieħ dwar il-Liġi t’Alla, imma jibqa kliem fl-ajru sakemm il-bniedem ma jintegrax dik il-Liġi f’ħajtu u jsarrafha f’ażżjoni!  Li tkun tgħix fost il-qaddisin mhux bizzejjed biex issir qaddis, għax il-qdusija hija frott tal-kooperazzjoni tiegħek mal-grazzja t’Alla!

Meta l-bniedem ikun imsawwar b’dawn il-virtujiet u valuri, ikun aktar faċli għalih li fil-ġenerozita tiegħu jaqsam dak li għandu mal-oħrajn. Il-qalb umana tingħalaq meta tkun fqira minn dawn il-valuri!

Fid-dawl ta dan kollu, inħeġġeġ lil Għaqdiet Muzikali Għawdxin, li llum qegħdin tiċċelebraw il-festa ta Santa Cecilia, biex tistinkaw ħalli mis-sede tagħkom tagħmlu mhux biss skola tal-muzika, imma ukoll skola ta virtujiet u valuri umani fejn il-membri tagħkom isibu l-ambjent u l-għajnuna biex jistgħanew f’dawn il-kwalitajiet sbieħ! Jekk il-membri jkunu persuni mzejna b’ċerti doti bħalma huma l-għaqal, il-prudenza, is-sens tal-qies, il-korrettezza u r-responsabilita, dan ma jkunx biss ta ġieħ personali għalihom imma ukoll akkwist għal Għaqda musikali rispettiva tagħhom! U jekk dawn il-kwalitajiet umani ikunu msieħba mill-fidi, tant l-aħjar għax il-fidi f’Alla tirrendi perfett dak li hu uman.

Investiment tajjeb fil-formazzjoni tal-membri tal-Kazin tal-Banda jkun ifisser aktar disponibilita biex tikkollaboraw kemm ma Għaqdiet Muzikali oħra kif ukoll ma entitajiet oħra.  Jien konxju li bejnietkom l-Kazini diġa tgħinu lil xulxin billi taqsmu ma xulxin kemm ir-risorsa muzikali kif ukoll dik umana!  Nawguralkom li dan it-tisħib bejnietkom joktor; imma aktar ma jkun hemm nies ta integrita fl-Għaqdiet tagħkom – u allura persuni li  jimxu bir-raġuni u mhux bil-passjoni, persuni li jfittxu d-djalogu u mhux il-konfrontazzjoni, persuni li jgħozzu dak li jgħaqqad u mhux dak li jifred, - allura mhux biss hija garantita din is-solidarjeta fi ħdan l-istess Għaqda Muzikali u bejnietkom l-Għaqdiet, imma ukoll ma terżi!

Dawn huma l-awguri tiegħi għalikom fl-okkazzjoni ta din il-festa ta Santa Cecilja".

L-Isqof Grech wassal dan il-messagg f'quddiesa li kkoncelebra fil-Knisja parrokkjali ta Kercem flimkien ma ghadd ta diretturi spiritwali ta diversi Kazini tal-Baned Ghawdxin fl-okkazzjoni tal-festa ta Santa Cecilia.

Picture Gallery