News and Events

Laqgha Generali Annwali
Il-Gimgha 30 ta\' Settembru 2016 saret il-laq...
1st Oct 2016
Seminar - Id-Delegat tal-Banda
Ir-rwol tad-delegat tal-Banda
5th Mar 2016
Festa Santa Ċeċilija
Ċelebrazzjoni tal-festa ta Santa Ċe...
29th Nov 2014
The Boston Boys
Percussion and Guitar Master Class / Concert ...
2nd Dec 2013
Il-perkussjonista famuż Peter Sadlo fit-Teatru Manoel
It-Teatru Manoel jippreżenta il-kunċ...
22nd Oct 2013
IL-UoM JUNIOR COLLEGE ORCHESTRA TIĊĊELEBRA
Il-University of Malta Junior College Orchest...
19th Sep 2013
Awguri lil Prim Ministru ta Malta
L-Ghaqda Kazini tal-Banda tibghat l-awgurju t...
13th Mar 2013
Cerimonja: It-Taghlim Muzikali taz-Zghazagh fil-Kazini tal-Banda
Cerimonja tal-gheluq tal-progett: It-Taghlim ...
18th Jan 2013
Festa Sta Ċecilja - 24 Nov 2012
Quddiesa fil-Konkatidral tal-Belt u marċ...
24th Nov 2012
Festa Sta Ċecilja - 12 Nov 2012
Għawdex - Quddiesa u Marċ Mill Band...
12th Nov 2012
Festa Sta Ċecilja - 4 Nov 2012
Kuncert Fit-Teatru Manoel Mill-Banda Mt. Carm...
4th Nov 2012
Laqgħa Ġenerali Statutorja - 1 Ott 2012
Laqgħa Generali
1st Oct 2012
Laqgħa Ġenerali - 21 Sett 2012
Laqgħa Ġenerali, fil-każin tal...
21st Sep 2012
Stqarrija
STQARRIJA B’REFERENZA GHAL ARTIKLU FIT-TORCA ...
23rd Apr 2012
Attività mill-Banda San Ġiljan fl-iskola primarja - Dun Ġużepp Xerri
Attivita gimgha tal-banda
3rd Apr 2012
Press Release
L-Orizzont
28th Feb 2012
Statut Aggornat
l-iStatut tal-Ghaqda Kazini Tal-Banda kif agg...
24th Feb 2012
Seminar tal-Ghaqda Kazini tal-Banda
IL-BANDA GHADHA L-GHAN EWLIENI TAL-KAZINI TAL...
29th Jan 2012
Attivitajiet mill Ghaqda Kazini tal-Banda.
Attivitajiet mill Ghaqda Kazini tal-Banda. Ja...
27th Jan 2012
Artiklu Mil-President Lawrence Farrugia
Dwar id-dokument tal-festi, fil-gazzetta In-N...
30th Dec 2011
Festa Sta Cecilja - Il-Belt Valletta
Festa Sta Cecilja Ccelebrata gewwa l-Belt Val...
19th Nov 2011
Festa Sta Cecilja - Kercem Ghawdex
Festa Sta Cecilja iccelebrata mill-Ghaqda Kaz...
6th Nov 2011
Seminar flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni
Seminar organizzat mill-Ghaqda Kazini tal-Ban...
18th Jul 2011
Radju Elenjani 95.8 FM
Muzika | Tgharif Mummercjali | Marci| Attivit...
7th Apr 2011
Pres Release March 2011
Press Release by Malta Band Club Association ...
23rd Mar 2011
Annual General Meeting
The annual general meeting was held at the of...
25th Feb 2011
L-ewwel konferenza reġjonali dwar metodi kif tattira allievi ġodda
Is-Sibt, 12 ta’ Frar 2011 Ċentru għ...
12th Feb 2011
Feast of St Cecilia
The organisation celebrates the feast of St C...
20th Nov 2010
Music Courses
Music courses being organised by the organisa...
17th Oct 2010


News and Events - Attività mill-Banda San Ġiljan fl-iskola primarja - Dun Ġużepp Xerri - 3rd Apr 2012

Attivita Gimgha Tal-Banda

Bħala parti mill-‘Ġimgħa tal-Banda’, li ġiet imnedija mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Każini tal-Banda, seba’ bandisti żgħażagħ li jdoqqu mal-Banda San Ġiljan A.D. 1927 żaru l-iskola primarja Ċ – Dun Ġużepp Xerri, li tinsab fi Triq Lapsi biswit il-Knisja l-qadima, nhar it-Tlieta 27 ta’ Marzu bejn id-9.00 u l-10.30 ta’ filgħodu. Il-għan ta’ din l-attività, li saret fuq stedina min-naħa tal-kap tal-iskola kien biex it-tfal tal-iskola jsiru jafu aktar fuq il-ħidma soċjali u kulturali ta’ din l-ewwel banda Ġiljaniża, u x’għandha x’toffri f’dak li huwa tagħlim tal-mużika fil-qasam bandistiku. Fil-Laqgħa mat-tfal ħadu sehem seba’ bandisti: KEVIN AZZOPARDI (Flawt/Ottavin), RENE CAMILLERI (Klarinett in Sib), LARA SCERRI (Saksafon Alto), MATTHEW AGIUS (Saksafon Tenur), DILLON MERCIECA (Kurunetta), GODFREY AGIUS (Flikornu Baritonu u Trumbun), u JEAN-PIERRE CASSAR (Tambur). Il-Laqgħa tmexxiet mis-Surmast tal-Banda Mro. Manoel Pirotta li għandu esperjenza twila u vasta f’dak li huwa tagħlim edukattiv fl-iskejjel statali. Huwa kien megħjun mis-Sur Roger Muscat u Ms.
Carmen Tanti Bellotti.

Il-Laqgħa, li kienet maqsuma f’żewġ sezzjonijiet – waħda għaż-żgħar (minn kindergarden sa year 2) u l-oħra għall-kbar (minn year 3 ‘il fuq), saret fis-sala ewlenija tal-iskola li kienet ukoll armata għall-okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa. F’diskors qasir, il-Kap tal-iskola fissret il-għan ta’ din iż-żjara, u mbagħad introduċiet lill-Piccola Banda li daqqet l-Innu Popolari San Ġiljan – kitba ta’ Silvio Frendo u mużika tas-Surmast Angelo Pullicino. Wara introduzzjoni sempliċi min-naħa tas-Surmast tal-Banda fuq l-istorja tal-Banda San Ġiljan - li dis-sena qed tiċċelebra l-85 sena mit-twaqqif tagħha, u xi tagħrif ieħor biografiku fuq il-fundaturi li ħadmu biex jarawha titwaqqaf, it-tfal tal-iskola ġew murija l-istrumenti varji tal-injam, ir-ramm u l-perkussjoni u ngħata tagħrif ċkejken fuq kull wieħed minnhom. Il-bandisti żgħażagħ daqqew xi siltiet popolari u/jew klassiċi li ntlaqgħu b’entużjażmu kbir u ċapċip ferrieħi mit-tfal tal-iskola. Kien hemm ħin ukoll fejn it-tfal setgħu jagħmlu xi mistoqsijiet relatati mal-istrumenti. Iż-żewġ sezzjonijiet għalqu bid-daqq tal-Innu Banda San Ġiljan, pinna tas-Surmast Angelo Pullicino.

Għal din il-Laqgħa tħejjew ukoll sett ta’ hand-outs attraenti li tqassmu lit-tfal tal- iskola. U ħafna kienu dawk li riedu jimlew l-applikazzjoni biex jibdew jitgħallmu xi strument tal-għażla tagħhom.


Kienu diversi l-kazini tal-banda f'ghadd kbir ta lokalitajiet li huma wkoll ghamlu attivitajiet konnessi mal-Gimgha tal-Banda, Ohrajn ippreferew li din l-attivita ssir iktar tard matul is-sena. Wiehed jittama li din l-attivita tqajjem iktar interess fost studenti fl-iskejjel biex imorru jitghallmu l-muzika f'xi wiehed mill-kazini tal-banda li hadu sehem.

Picture Gallery