Cultural Activities

Toi Toi Limited Edition: Gypsy Devils
Price: FREE - STRICTLY FOR TEENAGERS (13-19)
23rd Oct 2013
Il-Festa,Vetrina Taghna Maltin
Mill 25 sa 27 Ta Novembru - Fil-kumpless Mont...
25th Nov 2011
Celebrate Us
Celebrate Us - 12th May Band and Social Club
2nd Oct 2011
The Beland Music Festival
A Full Week of Free Musical activities at Mar...
15th May 2011
Fil-Hlewwa Ta Mejju
Festival Ta Fjuri Arti u Kultura
29th May 2011
Holy Week Activities
Activities being organised by members of the ...
7th Apr 2011
Latin Magic - Concert
Soc. Filar. Maria Mater Gratiae – Zabbar A.D....
15th May 2011
Ghaqda Socjo-Muzikali Anici - Qormi
Kuncert Vokali u Strumentali
22nd Jan 2011
Soc. Filar. Maria Mater Gratiae – Zabbar A.D. 1883
Tgħalim tal-mużika
13th Mar 2011
Festa Liturgika San Sebastjan 2011
Marc brijuz mis-Socjeta\' Filarmonika Pinto B...
20th Jan 2011
Spectacular Spectacular
Programm Muzikali mill-Banda San Girgor - Ker...
20th Feb 2011
MMG Christmas Concert
il-Banda Maria Mater Gratić ser ittella’ l-Ku...
30th Dec 2010
Purċissjoni tal-Bambin - Soc. Filar. Maria Mater Gratiae – Zabbar
Prucissjoni tradizzjonali tal-Banbin f\'Ħ...
24th Dec 2010
Wirja ta Mudelli ta Kappelli Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun
Fl-okkazjoni tal-festa liturġika ta’ l-I...
5th Dec 2010


Cultural Activities - The Beland Music Festival - 15th May 2011

The Beland Music Festival [15-22 May] Zejtun

"The Beland Music Festival" hijja gimgħa ta' attivitajiet mużikali li ser issir ġewwa iż-Żejtun, eżattament fil-pjazza fejn jarma l-monti. Din l-attivita qed tiġi mtella' mis-Sezzjoni Partitarji Belandisti fi ħdan l-Għaqda Mużikali Beland bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta' għeluq il 150 sena mit-twaqqif ta' l-stess banda, u fl-isetess ħin dan il-festival ser iservi sabiex jinġabru fondi b'risq Puttinu Cares.



Il-fuq minn 200 artist ser ikunu qed jgħatu s-sehem tagħhom waqt din l-attivita li ser tinkludi kunċerti Live min l-aqwa artisti Maltin, spettaklu internazzjonali "King of Pop - The Legend Continues"  bħala tislima lil mibki Michael Jackson u kif ukoll kunċert b'differenza mill-Banda Beland flimkien ma numru kbir ta' kantanti.



Dawn l-attivitajiet ser ikunu kollha bla' ħlas, u l-udjenza ser tintalab tgħati donazzjonijiet li kollha ser imorru għal-fondazzjoni Puttinu Cares.



Programm ta' Attivitajiet:



Il-Ħadd 15 ta' Mejju: [Belandistifest]


Marċ mill-Banda Beland madwar it-toroq taż-Żejtun | Car Show min Honda u Maserati | Animation Groups | Spettakli ta' Żfin | Live giggs minn


Albertine, ColourBlind, Rising Sunset, DBanned, The OverOuts u oħrajn...



It-Tnejn 16 ta' Mejju: [Delicata Wine Night]


Lejla Maltija li ser tinkludi serata ta' Għana segwita b'kunċert live mir-Re tar-Rock&Roll Freddie Portelli. Ser ikun hemm ukoll diversi stands tal-Inbid grazzi għal Delicata Wines.



It-Tlieta 17ta' Mejju: [MALTA POP Show]


Thea Garrett, Richard Edwards, Kurt Calleja, Baklava, J.Anvil, Amber, Fabrizio Faniello, Annabelle Debono, Kaya u Christabelle. Kollha f'daqqa għal dan il-kunċert fuq stil Pop. Dawn il kantanti kollha qed jippreparaw l-aqwa siltiet tagħhom u ser ikunu qed jgħatu spettaklu mill-isbaħ waqt din il-lejla.



L-Erbgħa 18 ta' Mejju: [Rock the Night]


Kunċert "Live - Full Electric Set" min The Rifffs u Ira Losco u l-band tagħha.



Il-Ħamis 19 ta' Mejju: [The Green Gathering]


Lejla b'tema festiva bis-sehem ta Gillian Attard, Charles muscat u Stephen Mizzi.



Il-Ġimgħa 20 ta' Mejju: [Alive - The Concert]


Kunċert "Live - Full Electric Set" min Bletchley Park u Airport Impressions, żewg bands rebbieħa ta numru ta' awards fil-BMAs li għaddew.



Is-Sibt 21 ta' Mejju: [King of Pop - The Legend Continues]


Spettaklu internazzjonali min l-aqwa tribute band ta' Michael Jackson fid-dinja bl-isem NAVI. Jiehdu sehem ukoll Georgina, Marvic Lewis, Klinsmann u Claudia Faniello Live mal Band ta' Mro. Paul Abela.



Il-Ħadd 22 ta' Mejju: [Beland Spectacular]


Kunċert b'differenza bil-Banda Beland flimkien ma Glen Vella, Mary Spiteri, Gillian Attard, Wayne Micallef, Chiara, Raquela, Ludwig Galea, Olivia Lewis, Tarcisio Barbara u Stephanie Zammit. Il-kantanti kollha ser ikantaw live mal Banda Beland f'dan il kunċert spettakolari li ser jinkludi hafna siltiet mużikali fuq stil Pop u li żgur ser iċaqalqu lil udjenza. Ser ikun hemm ukoll performance min George Curmi (Puse) Live u Ħafna viżwali u effetti speċjali.



Għal aktar informazzjoni:

www.belandevents.com

/ Facebook: The Beland Music Festival.

Picture Gallery