Cultural Activities

Toi Toi Limited Edition: Gypsy Devils
Price: FREE - STRICTLY FOR TEENAGERS (13-19)
23rd Oct 2013
Il-Festa,Vetrina Taghna Maltin
Mill 25 sa 27 Ta Novembru - Fil-kumpless Mont...
25th Nov 2011
Celebrate Us
Celebrate Us - 12th May Band and Social Club
2nd Oct 2011
The Beland Music Festival
A Full Week of Free Musical activities at Mar...
15th May 2011
Fil-Hlewwa Ta Mejju
Festival Ta Fjuri Arti u Kultura
29th May 2011
Holy Week Activities
Activities being organised by members of the ...
7th Apr 2011
Latin Magic - Concert
Soc. Filar. Maria Mater Gratiae – Zabbar A.D....
15th May 2011
Ghaqda Socjo-Muzikali Anici - Qormi
Kuncert Vokali u Strumentali
22nd Jan 2011
Soc. Filar. Maria Mater Gratiae – Zabbar A.D. 1883
Tgħalim tal-mużika
13th Mar 2011
Festa Liturgika San Sebastjan 2011
Marc brijuz mis-Socjeta\' Filarmonika Pinto B...
20th Jan 2011
Spectacular Spectacular
Programm Muzikali mill-Banda San Girgor - Ker...
20th Feb 2011
MMG Christmas Concert
il-Banda Maria Mater Gratić ser ittella’ l-Ku...
30th Dec 2010
Purċissjoni tal-Bambin - Soc. Filar. Maria Mater Gratiae – Zabbar
Prucissjoni tradizzjonali tal-Banbin f\'Ħ...
24th Dec 2010
Wirja ta Mudelli ta Kappelli Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun
Fl-okkazjoni tal-festa liturġika ta’ l-I...
5th Dec 2010


Cultural Activities - Celebrate Us - 2nd Oct 2011

Celebrate Us

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi tal-ħamsin sena mit-twaqqif tat-12th May Band and Social Club, il-Banda 12th May ser tippreżenta l-kunċert Celebrate Us, dan ser ikun ir-raba’ kunċert speċjali fl-okkażjoni ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.

F’dan il-kunċert il-banda 12th May taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur tagħha Maestro Hermann Farrugia Frantz ser tesegwixxi l-Poema Sinfonika Rebbieħa tal-kompożitur magħruf Malti Joseph Vella, id-danza delle ore mill-opra La Gioconda ta’ Amilcare Ponchielli, l-overture ta’ l-opra William Tell ta’ Gioachino Rossini, l-Overture Jubileo miktuba għal din l-okkażjoni minn Hermann Farrugia Frantz u l-final grandjuż tal-ħames sinfonija ta’ Dimitri Shostakovich.

Dan il-kunċert ser jintemm bl-Euphonium Concerto tal-kompożitur magħruf Amerikan Karl Jenkins. Dan il-kapulavur mużikali ser jindaqq f’Pajjiżna g]all-ewwel darba u ser jiġi nterpretat minn David Childs, mużiċista ta’ fama Internazzjonali li ser jinġieb f’Pajjiżna mir-Renju Unit sabiex idoqq dan il-kunċert spettakolari flimkien mall-Banda 12th May.  

Il-kunċert Celebrate Us ser isir nhar il-Ħadd 2 t’Ottubru 2011 fit-tmienja ta’ filgħaxija fit-Teatru Manoel il-Belt Valletta; dan ser ikun kunċert li se jiċċelebra l-eċċellenza tal-banda 12th May u l-kisba tas-suċċessi tagħha matul dawn il-Ħamsin sena li ilha mwaqqfa.

Picture Gallery