Cultural Activities

Toi Toi Limited Edition: Gypsy Devils
Price: FREE - STRICTLY FOR TEENAGERS (13-19)
23rd Oct 2013
Il-Festa,Vetrina Taghna Maltin
Mill 25 sa 27 Ta Novembru - Fil-kumpless Mont...
25th Nov 2011
Celebrate Us
Celebrate Us - 12th May Band and Social Club
2nd Oct 2011
The Beland Music Festival
A Full Week of Free Musical activities at Mar...
15th May 2011
Fil-Hlewwa Ta Mejju
Festival Ta Fjuri Arti u Kultura
29th May 2011
Holy Week Activities
Activities being organised by members of the ...
7th Apr 2011
Latin Magic - Concert
Soc. Filar. Maria Mater Gratiae – Zabbar A.D....
15th May 2011
Ghaqda Socjo-Muzikali Anici - Qormi
Kuncert Vokali u Strumentali
22nd Jan 2011
Soc. Filar. Maria Mater Gratiae – Zabbar A.D. 1883
Tgħalim tal-mużika
13th Mar 2011
Festa Liturgika San Sebastjan 2011
Marc brijuz mis-Socjeta\' Filarmonika Pinto B...
20th Jan 2011
Spectacular Spectacular
Programm Muzikali mill-Banda San Girgor - Ker...
20th Feb 2011
MMG Christmas Concert
il-Banda Maria Mater Gratić ser ittella’ l-Ku...
30th Dec 2010
Purċissjoni tal-Bambin - Soc. Filar. Maria Mater Gratiae – Zabbar
Prucissjoni tradizzjonali tal-Banbin f\'Ħ...
24th Dec 2010
Wirja ta Mudelli ta Kappelli Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun
Fl-okkazjoni tal-festa liturġika ta’ l-I...
5th Dec 2010


Cultural Activities - Il-Festa,Vetrina Taghna Maltin - 25th Nov 2011

Il-Festa Vetrina taghna l-Maltin

Fil-Kumpless Montekristo, Hal Farrug, dalghodu, it-tliet Ghaqdiet Nazzjonali – l-Ghaqda Piroteknika, l-Ghaqda Kazini tal-Banda u l-Federazzjoni tal-Ghaqdiet tal-Armar Estern tal-Festi, taw konferenza tal-ahbarijiet dwar l-attivita kongunta li se ssir bejn l-25 u s-27 ta’ Novembru bit-tema IL-FESTA – VETRINA TAGHNA L-MALTIN. Din l-attivita hija marbuta mas-Sena dedikata ghal Voluntarjat.


Is-Sur Lawrence Farrugia, President tal-Ghaqda Kazini tal-Banda qal li l-hsieb kien hareg waqt il-konferenza generali annwali tal-Ghaqda fi Frar li ghadda permezz ta’ mozzjoni u wara li l-Ezekuttiv hatar kummissjoni ad hoc, gew mistiedna li jippartecipaw iz-zewg Ghaqdiet l-ohra nazzjonali. Hu qal li l-wirjiet se jkunu inawgurati mill-President ta’ Malta Dott. G. Abela fl-25 ta Novembru u miftuhin ghal pubbliku fil-jiem li gew indikati. Mons. Arcisqof Cremona mistenni jbierek il-wirja.

Is-Sur Farrugia qal li se ssir quddiesa ghat-tfal tal-iskejjel il-Gimgha filghodu waqt li mis-6pm l-Hamis u l-Gimgha jkun jista jattendi l-pubbliku ghal dawn l-wirjiet. Il-Hadd fid-8.45am se ssir il-quddiesa tal-festa mill-E.T. Mons. Isqof Adeodato Micallef. Jikkoncelebraw sacerdoti u janima l-kor tal-parrocca ta’ Gwardamangia. Il-quddiesa se tkun trasmessa diretta fuq l-MTV. Fl-ghaxra jsir it-tberik tal-annimali  waqt li min irid jista jibqa fil-kumpless ghal ikla tal-festa.


Filghaxija l-Hadd fis-sitta tohrog purcissjoni bl’istatwa ta’ Gesu r-Rghaj it-Tajjeb bis-sehem ta’ diversi fratellanzi. Se jkun hemm is-sehem ukoll ta banda s-Sibt u l-Hadd filghaxija. Il-President tal-Ghaqda Kazini tal-Banda qal li diversi kazini se jesponu u jbieghu xi cd’s, flokkijiet u materjal promozzjonali iehor taghhom, se jesbixxu sorprizi li jintuzaw fil-festi, stendardi, publikazzjonijiet u armar.

Is-Sur Farrugia sehaq li l-pubbliku se jkun jista jammira xoghol li jkun qed jinhadem bit-tafal, skultura, u wirja ta mudelli tal-knejjes.

Kelliem iehor kien it-tabib Godfrey Farrugia tal-Federazzjoni tal-Ghaqdiet tal-Armar. Hu qal li dan l-avveniment se juri verament kif it-tliet Ghaqdiet jistghu jikkollaboraw flimkien u jesponu l-identita vera taghna l-Maltin. Se jkun hemm ghal wiri, gewwa u barra diversi temi religjuzi  marbuta mal-festa u se jkunu prezenti delegazzjoni mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Fratellanzi Dott. Franco Antonetti. Dr. Farrugia qal li l-ikel li se jkun espost ghal bejgh se jkun biss dak tradizzjonali.

Din se tkun attivita, qal Dr Farrugia, li taghati xhieda ta dak li hu sabih fil-festi. Se jkunu esibiti pavaljuni, bandalori, statwi, kolonni ta’ diversi lokalitajiet taht saqaf wiehed u kull ma se jkun mitlub hu li minn izur il-wirja jaghmel donazzjoni zghira li tmur ghad-Dar tal-Providenza.

L-attivita tal-Gimgha filghaxija tibda bil-qari tal-Bandu. Hu appella lill-pubbliku jaghti l-appogg ghal din l-inizjattiva fis-sena tal-Voluntarjat ghaliex se tkun festa ghal familija Maltija taht saqaf wiehed. Dr Farrugia qal li din hi attivita mill-ikbar tliet NGO’s f’Malta fejn l-artigjanat, l-espozizzjoni ta’ diversi xoghol ta’ mistier differenti u wkoll l-kontribut kulturali tal-imsiehba juri d-dedikazzjoni voluntarja ta tant mijiet ta’ msehbin.

Il-President tal-Ghaqda Piroteknika, is-sur Carmelo Spiteri qal li matul il-granet tal-attivita membri tal-Ghaqda se juru kif jinhadem in-nar. Se jkunu esposti ritratti ta xogholijiet minn diversi kmamar tan-Nar mid-dilettanti u jheggeg lill-pubbliku jappoggja din l-inizjattiva biex tkun tista issir kull sena.

 

Programm Ta’ Attivitajiet
Il-GImgha 25 ta’ Novembru Mis-6.30 il-quddiem tkun miftuha ghall-publiku bis-sehem tal-Baned Santa Marija Dingli u Marija Regina Marsa
Is-Sibt 26 ta’ Novembru Mis-6.00 il-quddiem tkun miftuha ghall-publiku bis-sehem tal-Banda Duke of Connaught’s Own ta’ Birkirkara wara nar ta’ l-art mill-ghaqda piroteknika.
Il-Hadd 27 ta’ Novembru

8.45 a.m. Quddiesa fl-arena ghall-publiku u l-ghaqdiet trasmessa fuq ix-xandir Nazzjonali diretta.

Fl-10.00 a .m.marc mill-Banda Maria Mater Gratie zabbar.

Fl-10.00 a.m. Kuncert fl-arena Mill-Orkestra Nazzjonali taz-zghazagh.

Fl-10.30 tberik tal-Annimali.

Fl-12.00 p.m. L-ikla tal-Festa fir-restaurant tal-Montekristo Estates

Fis-6.00 p.m. Marc mill-Banda San Filep Zebbug

Fis-6.30 Processjoni bis-sehem tal-fratelli maltin bl-istatwa ta’ Gesu Ir-raghaj it-tajjeb u akkumpanjata bin-nar ta’ l-ajru mill-ghaqda proteknika maltija.

Picture Gallery