News and Events

Skema ghall-Finanzjament lill Kazini tal-Banda
il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Gvern Lo...
9th May 2017
Laqgha Generali Annwali
Il-Gimgha 30 ta\' Settembru 2016 saret il-laq...
1st Oct 2016
Seminar - Id-Delegat tal-Banda
Ir-rwol tad-delegat tal-Banda
5th Mar 2016
Festa Santa Ċeċilija
Ċelebrazzjoni tal-festa ta Santa Ċe...
29th Nov 2014
The Boston Boys
Percussion and Guitar Master Class / Concert ...
2nd Dec 2013
Il-perkussjonista famuż Peter Sadlo fit-Teatru Manoel
It-Teatru Manoel jippreżenta il-kunċ...
22nd Oct 2013
IL-UoM JUNIOR COLLEGE ORCHESTRA TIĊĊELEBRA
Il-University of Malta Junior College Orchest...
19th Sep 2013
Awguri lil Prim Ministru ta Malta
L-Ghaqda Kazini tal-Banda tibghat l-awgurju t...
13th Mar 2013
Cerimonja: It-Taghlim Muzikali taz-Zghazagh fil-Kazini tal-Banda
Cerimonja tal-gheluq tal-progett: It-Taghlim ...
18th Jan 2013
Festa Sta Ċecilja - 24 Nov 2012
Quddiesa fil-Konkatidral tal-Belt u marċ...
24th Nov 2012
Festa Sta Ċecilja - 12 Nov 2012
Għawdex - Quddiesa u Marċ Mill Band...
12th Nov 2012
Festa Sta Ċecilja - 4 Nov 2012
Kuncert Fit-Teatru Manoel Mill-Banda Mt. Carm...
4th Nov 2012
Laqgħa Ġenerali Statutorja - 1 Ott 2012
Laqgħa Generali
1st Oct 2012
Laqgħa Ġenerali - 21 Sett 2012
Laqgħa Ġenerali, fil-każin tal...
21st Sep 2012
Stqarrija
STQARRIJA B’REFERENZA GHAL ARTIKLU FIT-TORCA ...
23rd Apr 2012
Attività mill-Banda San Ġiljan fl-iskola primarja - Dun Ġużepp Xerri
Attivita gimgha tal-banda
3rd Apr 2012
Press Release
L-Orizzont
28th Feb 2012
Statut Aggornat
l-iStatut tal-Ghaqda Kazini Tal-Banda kif agg...
24th Feb 2012
Seminar tal-Ghaqda Kazini tal-Banda
IL-BANDA GHADHA L-GHAN EWLIENI TAL-KAZINI TAL...
29th Jan 2012
Attivitajiet mill Ghaqda Kazini tal-Banda.
Attivitajiet mill Ghaqda Kazini tal-Banda. Ja...
27th Jan 2012
Artiklu Mil-President Lawrence Farrugia
Dwar id-dokument tal-festi, fil-gazzetta In-N...
30th Dec 2011
Festa Sta Cecilja - Il-Belt Valletta
Festa Sta Cecilja Ccelebrata gewwa l-Belt Val...
19th Nov 2011
Festa Sta Cecilja - Kercem Ghawdex
Festa Sta Cecilja iccelebrata mill-Ghaqda Kaz...
6th Nov 2011
Seminar flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni
Seminar organizzat mill-Ghaqda Kazini tal-Ban...
18th Jul 2011
Radju Elenjani 95.8 FM
Muzika | Tgharif Mummercjali | Marci| Attivit...
7th Apr 2011
Pres Release March 2011
Press Release by Malta Band Club Association ...
23rd Mar 2011
Annual General Meeting
The annual general meeting was held at the of...
25th Feb 2011
L-ewwel konferenza reġjonali dwar metodi kif tattira allievi ġodda
Is-Sibt, 12 ta’ Frar 2011 Ċentru għ...
12th Feb 2011
Feast of St Cecilia
The organisation celebrates the feast of St C...
20th Nov 2010
Music Courses
Music courses being organised by the organisa...
17th Oct 2010


News and Events - L-ewwel konferenza reġjonali dwar metodi kif tattira allievi ġodda - 12th Feb 2011

Bdiet bħala konferenza esperiment li svolġiet f’konferenza esperjenza. Esperjenza li minn kien preżenti ħass li kienet eżerċizju li laqat fil-laħam il-ħaj ir-realtajiet u l-isfidi kbar li qiegħedin jiffaċċjaw il-baned tradizzjonali ta’ pajjiżna.

 

Bdejna b’Case Study li ttratta u offra mediċina nnovattiva għall-problema fundamentali li qiegħedin jiffaċċjaw il-baned tagħna llum. Il-kompetizzjoni feroċi għall-qlub u l-imħuħ taż-żgħażagħ tagħna mill-internet, catting, games, privatijiet, muzew, lezzjonijiet ta’ kull xorta, it-television versus t-tagħlim tal-mużika fil-każini tagħna ġiet spjegata b’reqqa minn Dr Raymond C. Xerri. Il-President tal-Għaqda Mużikali Ite ad Joseph Qala ssuġġerixxa l-kunċetti tal-ġimgħa tal-Banda u l-privileġġi tal-goldcard għal tul is-sħubija tal-bandisti u l-aljievi fis-soċjetajiet rispettivi. Rajna kif dawn iż-żewġ għodda utli jkissru kull ħajt li setgħa kien hemm bejn it-tfajjel/tfajla prospettiv/a u l-baned tal-belt jew raħal u b’hekk titwitta’ t-triq sabiex it-tifel jew tifla tagħżel konxjament it-triq ta’ aljiev/a, finalment bandist/a. Il-ġimgħa tal-Banda twaqqa’ l-ħitan u tattirahom lejn il-Każin u l-Goldcard toffri l-opportunita’ li l-Banda tikber magħhom f’ħajithom, tassistihom f’ħafna ħtiġijiet u wens li kull persuna tkun tixtieq minn kull soċjeta’ li tissieħeb. Dr Xerri qal kif dawn iż-żewġ mezzi kienu kruċjali sabiex il-banda u l-akkademija li hu jmexxi attiraw u żammew ‘l fuq minn 50 tifel u tifla f’raħal ta’ 2000 ruh bħala aljievi li sa issa gradwaw 8 bandisti.

 

Mariella Cassar, l-Uffiċjal Edukattiv responsabbli għall-mużika fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni elenkat kif id-dipartiment tagħha qiegħed jimplimenta diversi riformi u inizjattivi li kien ilhom snin jiġu diskussi fost l-akkademiċi u l-uffiċċjali tal-istess ministeru. L-inizjattiva ta’ ktieb b’standard wieħed ta’ tagħlim għall-ewwel sat-tielet klassi fis-sekondarja li wkoll ser ikun imqassam fil-baned kollha Maltin u Għawdxin. Eżamijiet standard tal-MATSEC fil-qasam tal-mużika flimkien ma’ servizz ta’ tagħlim tal-mużika fl-iskejjel b’xejn bl-użu ta’ strumenti u ftiehem mall-Każini tal-banda huma l-pedamenti sabiex jiġu attirati aktar studenti għal qasam mużikali u għalhekk il-baned ser jibbenefikaw. Ir-riżultat ikun student b’bażi soda ta’ teorija u prattika li ser isibu posthom fil-baned tagħna. Mariella ser toffri kull sapport għall-inizjattivi bejn l-iskejjel primarji u sekondarji u l-każini tal-baned. Hi faħħret ħafna l-inizjattivi bħall-ġimgħa tal-Banda u tal-Goldcard imsemmija fil-paper ta’ qabel.

 

Wara l-waqfa tal-kafe’ kellna ntervent li ma kienx ippjanat pero’ signifikanti ħafna ta’ Mro. Alan Chircop, konsulent fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni. Mro Chircop għamel ‘operazzjoni’ fuq il-korp bandistiku ta’ pajjiżna fejn ħareġ l-isfidi kbar li jiffaċċjaw il-baned. Hu nsista sabiex il-każini jiffukaw aktar fuq it-tagħlim u t-titjieb fil-livell tal-mużika u inqas fuq ix-xenxilli tal-festi u tal-piki. Il-missjoni tal-baned għandha tkun li jinvesti f’aktar għalliema tal-mużika professjonali u f' korp bandistiku mill-belt jew raħal u jnaqsu gradwalment il-baġit għall-bandisti barranin. B’hekk biss il-baned ikunu jistgħu jgħidu li huma baned sħaħ, bandisti verament ġejjin mill-belt u raħal propju u mhux baned b' bandisti minn kullimkien. Huwa faħħar ix-xogħol li qiegħda tagħmel Mariella Cassar fil-qasam tagħha. Mro Chircop offra l-għajnuna tal-Ministeru tal-Edukazzjoni sabiex fuq skala nazzjonali l-baned kollha jkunu jistgħu jfaslu kalendarju ta’ Gimgħa tal-Banda f’kull banda.

 

Finalment, Lawrence V. Farrugia, il-President tal-Għaqda Każini tal-Banda (Għ.K.B.) beda biex semma’ l-isfidi kbar li qiegħed jiffaċċjaw il-każini tal-baned f’pajjiżna. Apparti li faħħar l-inzjattiva ta’ din l-ewwel konferenza reġjonali għall-baned tradizzjonali hu qal li din il-konferenza kienet eżami tal-kuxjenza li verament kellhom bżonn il-baned Maltin u Għawdxin kif ukoll l-Għ.K.B. Farrugia semma l-inizjattivi li ħadet l-Għ.K.B. matul l-aħħar snin sabiex itejjeb il-livell tal-mużika u t-tmexxija tal-baned tagħna, minkejja rispons fqir għal dawn l-inizjattivi mill-baned.

 

Din l-ewwel Konferenza Reġjonali dwar il-Baned f’pajjiżna ntemmet b’resume miċ-Ċerman tal-Konferenza, George Mercieca, iċ-Ċerman tal-Kumitat Ċelebrazzjonijiet 15-il-Sena Banda u l-Editur tal-revista, l-Eku tal-Banda.