News and Events

Skema ghall-Finanzjament lill Kazini tal-Banda
il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Gvern Lo...
9th May 2017
Laqgha Generali Annwali
Il-Gimgha 30 ta\' Settembru 2016 saret il-laq...
1st Oct 2016
Seminar - Id-Delegat tal-Banda
Ir-rwol tad-delegat tal-Banda
5th Mar 2016
Festa Santa Ċeċilija
Ċelebrazzjoni tal-festa ta Santa Ċe...
29th Nov 2014
The Boston Boys
Percussion and Guitar Master Class / Concert ...
2nd Dec 2013
Il-perkussjonista famuż Peter Sadlo fit-Teatru Manoel
It-Teatru Manoel jippreżenta il-kunċ...
22nd Oct 2013
IL-UoM JUNIOR COLLEGE ORCHESTRA TIĊĊELEBRA
Il-University of Malta Junior College Orchest...
19th Sep 2013
Awguri lil Prim Ministru ta Malta
L-Ghaqda Kazini tal-Banda tibghat l-awgurju t...
13th Mar 2013
Cerimonja: It-Taghlim Muzikali taz-Zghazagh fil-Kazini tal-Banda
Cerimonja tal-gheluq tal-progett: It-Taghlim ...
18th Jan 2013
Festa Sta Ċecilja - 24 Nov 2012
Quddiesa fil-Konkatidral tal-Belt u marċ...
24th Nov 2012
Festa Sta Ċecilja - 12 Nov 2012
Għawdex - Quddiesa u Marċ Mill Band...
12th Nov 2012
Festa Sta Ċecilja - 4 Nov 2012
Kuncert Fit-Teatru Manoel Mill-Banda Mt. Carm...
4th Nov 2012
Laqgħa Ġenerali Statutorja - 1 Ott 2012
Laqgħa Generali
1st Oct 2012
Laqgħa Ġenerali - 21 Sett 2012
Laqgħa Ġenerali, fil-każin tal...
21st Sep 2012
Stqarrija
STQARRIJA B’REFERENZA GHAL ARTIKLU FIT-TORCA ...
23rd Apr 2012
Attività mill-Banda San Ġiljan fl-iskola primarja - Dun Ġużepp Xerri
Attivita gimgha tal-banda
3rd Apr 2012
Press Release
L-Orizzont
28th Feb 2012
Statut Aggornat
l-iStatut tal-Ghaqda Kazini Tal-Banda kif agg...
24th Feb 2012
Seminar tal-Ghaqda Kazini tal-Banda
IL-BANDA GHADHA L-GHAN EWLIENI TAL-KAZINI TAL...
29th Jan 2012
Attivitajiet mill Ghaqda Kazini tal-Banda.
Attivitajiet mill Ghaqda Kazini tal-Banda. Ja...
27th Jan 2012
Artiklu Mil-President Lawrence Farrugia
Dwar id-dokument tal-festi, fil-gazzetta In-N...
30th Dec 2011
Festa Sta Cecilja - Il-Belt Valletta
Festa Sta Cecilja Ccelebrata gewwa l-Belt Val...
19th Nov 2011
Festa Sta Cecilja - Kercem Ghawdex
Festa Sta Cecilja iccelebrata mill-Ghaqda Kaz...
6th Nov 2011
Seminar flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni
Seminar organizzat mill-Ghaqda Kazini tal-Ban...
18th Jul 2011
Radju Elenjani 95.8 FM
Muzika | Tgharif Mummercjali | Marci| Attivit...
7th Apr 2011
Pres Release March 2011
Press Release by Malta Band Club Association ...
23rd Mar 2011
Annual General Meeting
The annual general meeting was held at the of...
25th Feb 2011
L-ewwel konferenza reġjonali dwar metodi kif tattira allievi ġodda
Is-Sibt, 12 ta’ Frar 2011 Ċentru għ...
12th Feb 2011
Feast of St Cecilia
The organisation celebrates the feast of St C...
20th Nov 2010
Music Courses
Music courses being organised by the organisa...
17th Oct 2010


News and Events - Seminar flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni - 18th Jul 2011

Seminar: GHKB - Ministeru Tal-Edukazzjoni

Il-Gvern lest jgħin biex jogħla l-livell bandistiku

F’seminar għar-rappreżentanti tal-każini tal-baned organizzat mill-Għaqda Każini tal-Baned b’kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, il-Ministru Dolores Cristina ħabbret li l-Gvern kien lest jgħin biex ikun assigurat li l-livell tat-tagħlim tal-mużika fil-każini tal-baned ikompli jogħla.

Għas-seminar attendew rappreżentanti ta’ aktar minn 50 banda fosthom 2 minn Għawdex.

Fid-diskors tagħha l-Ministru tal-Edukazzjoni qalet li qatt daqs f’dawn l-aħħar sena u nofs ma kien hemm ħidma hekk mill-qrib bejn l-Assoċjazzjoni tal-Każini tal-Baned u l-Gvern.

Il-baned tal-bliet u l-irħula huma komponent importanti tat-tradizzjoni u l-kultura Maltija u fil-fatt ftit huma dawk l-ibliet u l-irħula li ma għandhomx il-banda tagħhom u hawn min għal waħda għandu tnejn jekk mhux tlieta.

Eluf ta’ voluntiera jagħtu s-sehem tagħhom f’dan is-settur.  Settur li fih, barra l-volontarjat fih ukoll element qawwi ta’ edukazzjoni informali. Il-Gvern jixtieq li din l-edukazzjoni informali tingħata valur li jkun rikonoxxut filwaqt li tkompli tkun imtejjba u aġġornata. 

Il-Ministru fakkret li fiċ-Ċertifikat ta’ tmiem l-iskola Sekondarja issa se jibda jidher ukoll l-impenn tal-istudenti barra mill-iskola kemm jekk dan jagħti sehmu f’xi għaqda volontarja kif ukoll jekk hu involut f’xi attivita’ oħra fil-komunita’ bħalma hi l-istudju tal-mużika fil-każini tal-baned.

Hi saħqet li l-Gvern m’għandu ebda intenzjoni li jidħol fix-xogħol tal-każini tal-baned. Dan is-settur ilu snin twal jitmexxa mill-voluntiera u hekk għandu jibqa’.

Iżda l-Gvern jirrikonoxxi l-impenn u d-dedikazzjoni li bih ta’ kulmin hu involut f’dan il-qasam kemm jekk diriġenti tal-każini, surmastrijiet, għalliema, bandisti, aljievi u dilettanti oħra.  U għalhekk lest li joffri l-kontribut tiegħu b’mod tanġibbli biex ikun assigurat li l-livell tat-tagħlim tal-istrumenti mużikali tal-banda ikompli jogħla.

Is-suġġeriment li tressaq għall-kunsiderazzjoni għar-rappreżentanti tal-baned, wara konsultazzjoni twila mal-Assoċjazzjoni li tirrappreżentahom hu li jkunu stabbiliti metodi uniformi għat-tagħlim tal-mużika fil-każini.  Ikun mudell li fuqu jimxu l-każini kollha biex titjieb il-kwalita’ tat-tagħlim u fl-istess ħin jogħla l-livell tal-banda.  Il-baned irid ikollhom pjan biex fuq medda ta’ snin, ikabbru n-numru tal-bandisti tal-post sostanzjalment biex kull każin ikollu l-banda tiegħu – possibbilment bl-elementi kollha li wieħed għandu bżonn.

F’dawn iż-żminijiet hu importanti ħafna, li l-edukazzjoni li noffru – imqar jekk bla ħlas – tkun edukazzjoni ta’ kwalita’ u mogħtija b’mod professjonali. L-aspetattivi tan-nies huma għolja ħafna u dawn irridu nissodisfawhom.  B’hekk il-każini tal-baned jattiraw aktar nies u jkabbru l-interess fost iż-żgħażagħ.

Flimkien mal-Assoċjazzjoni tal-Każini tal-Baned il-Gvern qed jaħseb ukoll biex tibda tkun organizzata il-“Ġimgħa Banda”.  Din hi inizjattiva ta’ kollaborazzjoni bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Assoċjazzjoni tal-Każini u l-iskejjel.

L-idea hi li l-Każini jorganizzaw “open day” flimkien mal-iskola primarja tal-lokalita.  Matul din il-ġimgħa, l-istudenti tal-iskola jżuru l-każini biex jaraw l-istrumenti tal-banda u forsi jkun hemm ukoll xi wirja biex imbagħad fl-iskola jkunu jistgħu jtellgħu proġett b’din it-tema.  Jekk ikun il-każ jista’ jsir ukoll kunċert qasir għall-istudenti anke mill-alljievi tal-banda.

Dan għandu jservi biex sa minn eta’ żgħira inressqu aktar l-istudenti lejn il-mużika u ninkoraġġuhom jibdew jitgħallmu l-mużika u forsi wkoll xi strument mużikali.

Min-naħa tal-Ministeru tal-Edukazzjoni qed tingħata importanza kbira lit-tagħlim tal-mużika fl-iskejjel primarji fejn hemm almenu lezzjoni fil-ġimgħa f’dan is-suġġett u dalwaqt ikun introdott “workbook” ġdid għat-tfal biex ikompli jikber l-interess tagħhom fi-mużika. 

Aktar tard fil-laqgħa ngħatat informazzjoni dwar l-introduzzjoni tas-suġġett tal-Mużika fis-sistema tas-SEC – l-eżamijiet ta’ tmiem is-sekondarja.  Dan hu pass importanti ħafna.  Dan ifisser li fi żmien qasir student se jibda jitgħallem il-mużika fil-Primarja, ikompli fis-sekondarja u jekk irid jibqa’ jistudja anke f’livell aktar avvanzat tal-Universita’.

Permezz tad-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja li hu responsabbli mit-tmexxija tal-Iskola tal-Mużika, il-Ministeru qed jaħdem bis-sħiħ biex it-tagħlim tal-mużika isir aktar aċċessibbli għal dawk li jriduh u fil-fatt fi żmien sena in-numru ta’ dawk li jattendu din l-iskola irdoppja.

Il-Ministru Cristina qalet li hemm skop kbir għal aktar kollaborazzjoni bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-istrutturi tiegħu u l-każini tal-baned.  Flimkien nistgħu noffru aktar opportunitajiet ta’ kwalita biex inkomplu nkabbru l-livell tal-mużika f’pajjiżna kemm f’dak li hu apprezzament kif ukoll fid-daqqa tal-mużika.

Il-laqgħa kienet indirizzata wkoll mis-Sur Lawrence Faarrugia, President tal-Għaqda Każini tal-Baned, Mro Alan Chircop, konsulent dwar il-Mużika fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Mariella Cassar, Uffiċjal Edukattiv tal-Mużika fid-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni, Dr. Raymond Xerri, President tal-Banda tal-Qala u JC Azzopardi, Segretarju tal-Assoċjazzjoni.

 

Read more at: http://www.timesofmalta.com/ articles/view/20110719/local/ Proposals-to-raise-level-of- instruction-at-band-clubs. 376237

Picture Gallery