News and Events

Skema ghall-Finanzjament lill Kazini tal-Banda
il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Gvern Lo...
9th May 2017
Laqgha Generali Annwali
Il-Gimgha 30 ta\' Settembru 2016 saret il-laq...
1st Oct 2016
Seminar - Id-Delegat tal-Banda
Ir-rwol tad-delegat tal-Banda
5th Mar 2016
Festa Santa Ċeċilija
Ċelebrazzjoni tal-festa ta Santa Ċe...
29th Nov 2014
The Boston Boys
Percussion and Guitar Master Class / Concert ...
2nd Dec 2013
Il-perkussjonista famuż Peter Sadlo fit-Teatru Manoel
It-Teatru Manoel jippreżenta il-kunċ...
22nd Oct 2013
IL-UoM JUNIOR COLLEGE ORCHESTRA TIĊĊELEBRA
Il-University of Malta Junior College Orchest...
19th Sep 2013
Awguri lil Prim Ministru ta Malta
L-Ghaqda Kazini tal-Banda tibghat l-awgurju t...
13th Mar 2013
Cerimonja: It-Taghlim Muzikali taz-Zghazagh fil-Kazini tal-Banda
Cerimonja tal-gheluq tal-progett: It-Taghlim ...
18th Jan 2013
Festa Sta Ċecilja - 24 Nov 2012
Quddiesa fil-Konkatidral tal-Belt u marċ...
24th Nov 2012
Festa Sta Ċecilja - 12 Nov 2012
Għawdex - Quddiesa u Marċ Mill Band...
12th Nov 2012
Festa Sta Ċecilja - 4 Nov 2012
Kuncert Fit-Teatru Manoel Mill-Banda Mt. Carm...
4th Nov 2012
Laqgħa Ġenerali Statutorja - 1 Ott 2012
Laqgħa Generali
1st Oct 2012
Laqgħa Ġenerali - 21 Sett 2012
Laqgħa Ġenerali, fil-każin tal...
21st Sep 2012
Stqarrija
STQARRIJA B’REFERENZA GHAL ARTIKLU FIT-TORCA ...
23rd Apr 2012
Attività mill-Banda San Ġiljan fl-iskola primarja - Dun Ġużepp Xerri
Attivita gimgha tal-banda
3rd Apr 2012
Press Release
L-Orizzont
28th Feb 2012
Statut Aggornat
l-iStatut tal-Ghaqda Kazini Tal-Banda kif agg...
24th Feb 2012
Seminar tal-Ghaqda Kazini tal-Banda
IL-BANDA GHADHA L-GHAN EWLIENI TAL-KAZINI TAL...
29th Jan 2012
Attivitajiet mill Ghaqda Kazini tal-Banda.
Attivitajiet mill Ghaqda Kazini tal-Banda. Ja...
27th Jan 2012
Artiklu Mil-President Lawrence Farrugia
Dwar id-dokument tal-festi, fil-gazzetta In-N...
30th Dec 2011
Festa Sta Cecilja - Il-Belt Valletta
Festa Sta Cecilja Ccelebrata gewwa l-Belt Val...
19th Nov 2011
Festa Sta Cecilja - Kercem Ghawdex
Festa Sta Cecilja iccelebrata mill-Ghaqda Kaz...
6th Nov 2011
Seminar flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni
Seminar organizzat mill-Ghaqda Kazini tal-Ban...
18th Jul 2011
Radju Elenjani 95.8 FM
Muzika | Tgharif Mummercjali | Marci| Attivit...
7th Apr 2011
Pres Release March 2011
Press Release by Malta Band Club Association ...
23rd Mar 2011
Annual General Meeting
The annual general meeting was held at the of...
25th Feb 2011
L-ewwel konferenza reġjonali dwar metodi kif tattira allievi ġodda
Is-Sibt, 12 ta’ Frar 2011 Ċentru għ...
12th Feb 2011
Feast of St Cecilia
The organisation celebrates the feast of St C...
20th Nov 2010
Music Courses
Music courses being organised by the organisa...
17th Oct 2010


News and Events - IL-UoM JUNIOR COLLEGE ORCHESTRA TIĊĊELEBRA - 19th Sep 2013

UoM JUNIOR COLLEGE ORCHESTRA

Il-University of Malta Junior College Orchestra din is-sena qed tiċċelebra l-15-il sena anniversarju mit-twaqqif tagħha fl-1998. Kien proprju nhar it-18 ta’ Diċembru li hija tat il-kunċert inawgurali tagħha ġewwa l-awditorju Sir Temi Zammit taħt il-bakketta tas-Surmast Manoel Pirotta DNESM (Lyon) [M.A.] Dip. CNR (Lyon) [B.A. (Hons.)] HonVCM LFIBA CT,FVCM (Hons.) FTCL FLCM FNCM LTCL LMusTCL LMusLCM. Tlett ijiem biss wara, hija ġiet mistiedna biex iddoqq fil-Carlo Diacono Junior Lyceum Girls’ School taż- Zejtun. Minn dakinhar ‘l hawn din l-orkestra qatt ma ħarset lura u dejjem baqgħet sejra ‘l quddiem. Hija rnexxiela tnaqqax isimha fil-kalendarju kulturali Malti b’għexieren ta’ kunċerti ta’ l-ogħla livell.

Il-UoM Junior College Orchestra hija l-orkestra residenti tal-imsemmi kulleġġ, b’medja ta’ 45 mużiċist idoqqu fiha. Sa' llum hija rnexxiela ttella’ madwar 250 kunċert f’pajjiżna u barra minn xtutna, u dejjem ħalliet impressjoni tajba ħafna kulfejn marret iddoqq. Mhemmx post wieħed li l-orkestra tal-kulleġġ ma daqqitx fih, sew jekk huwa t-Teatru Manoel jew Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, sew jekk huwa l-Konkatidral ta’ San Ġwann jew il-knisja tal-Għasri, l-iżgħar parroċċa f’Għawdex. Daqqet fil-ftuħ uffiċjali tal-wirja Il-Festa – Vetrina tagħna l-Maltin li kienet ittellgħet f’Montekristo Estates Ħal Farruġ f’Novembru 2011, fl-okkażjoni tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat. F’Diċembru tal-istess sena tat kunċert vokali u strumentali fis-sede tas-Società Filarmonika Nazzjonali La Valette, il-Belt Valletta għall-okkażjoni tal-10 snin anniversarju tal-programm  Marċi u Bandalori ta’ Joe Chetcuti. Daqqet ukoll fl-aqwa lukandi lussużi, każini tal-banda, festivalijiet organizzati minn kunsilli lokali jew entitajiet oħra, saħansitra f’avvenimenti fuq skala nazzjonali. L-orkestra daqqet ukoll l-Italja, il-Ġermanja, Franza, Spanja ... il-lista ma tispiċċa qatt!

U biex tagħti bidu għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet tal-15-il sena anniversarju mit-twaqqif tagħha, il-UoM Junior College Orchestra ser titla’ Sqallija fuq skambju mużikali ieħor bejnha u bejn lIstituto di Istruzione Superiore Verga Liceo Musicale ta’ Modica bejn l-24 u t-30 ta’ Settembru. Parti importanti minn din il-mawra huma l-masterclasses li ser jingħataw lill-istudenti Maltin minn għalliema professjonali tal-mużika, uħud minnhom saħansitra jgħallmu f’konservatorji rinomati mxerrdin mal-Italja kollha. Il-mawra fi Sqallija tilħaq il-qofol tagħha nhar is-Sibt 28 ta’ Settembru meta ż-żewġ orkestri taż- żewġ kulleġġi jingħaqdu flimkien biex jagħtu kunċert vokali u strumentali, liema kunċert ser ikun miftuħ għall-pubbliku in ġenerali. F’dawk li huma żjarat kulturali mbagħad, l-itinerarju huwa mimli daqs bajda. Iċ-ċelebrazzjonijiet jiġu fi tmiemhom b’kunċert kommemorattiv li ser inkunu qedin nagħtu flimkien ma l-orkestra minn Sqallija meta huma jiġu għal nofs Novembru li ġej. Din is-sena wkoll, l-amministrazzjoni qegħda taħdem biex uħud mill-aqwa siltiet mużikali mir-repertorju vast li għandha din l-orkestra jiġu rrekordjati b’mod professjonali fit-teatru tagħna stess fuq diska kumpatta li għandha toħroġ aktar tard din is-sena jew bidu tas-sena d-dieħla.

Picture Gallery