News and Events

Skema ghall-Finanzjament lill Kazini tal-Banda
il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Gvern Lo...
9th May 2017
Laqgha Generali Annwali
Il-Gimgha 30 ta\' Settembru 2016 saret il-laq...
1st Oct 2016
Seminar - Id-Delegat tal-Banda
Ir-rwol tad-delegat tal-Banda
5th Mar 2016
Festa Santa Ċeċilija
Ċelebrazzjoni tal-festa ta Santa Ċe...
29th Nov 2014
The Boston Boys
Percussion and Guitar Master Class / Concert ...
2nd Dec 2013
Il-perkussjonista famuż Peter Sadlo fit-Teatru Manoel
It-Teatru Manoel jippreżenta il-kunċ...
22nd Oct 2013
IL-UoM JUNIOR COLLEGE ORCHESTRA TIĊĊELEBRA
Il-University of Malta Junior College Orchest...
19th Sep 2013
Awguri lil Prim Ministru ta Malta
L-Ghaqda Kazini tal-Banda tibghat l-awgurju t...
13th Mar 2013
Cerimonja: It-Taghlim Muzikali taz-Zghazagh fil-Kazini tal-Banda
Cerimonja tal-gheluq tal-progett: It-Taghlim ...
18th Jan 2013
Festa Sta Ċecilja - 24 Nov 2012
Quddiesa fil-Konkatidral tal-Belt u marċ...
24th Nov 2012
Festa Sta Ċecilja - 12 Nov 2012
Għawdex - Quddiesa u Marċ Mill Band...
12th Nov 2012
Festa Sta Ċecilja - 4 Nov 2012
Kuncert Fit-Teatru Manoel Mill-Banda Mt. Carm...
4th Nov 2012
Laqgħa Ġenerali Statutorja - 1 Ott 2012
Laqgħa Generali
1st Oct 2012
Laqgħa Ġenerali - 21 Sett 2012
Laqgħa Ġenerali, fil-każin tal...
21st Sep 2012
Stqarrija
STQARRIJA B’REFERENZA GHAL ARTIKLU FIT-TORCA ...
23rd Apr 2012
Attività mill-Banda San Ġiljan fl-iskola primarja - Dun Ġużepp Xerri
Attivita gimgha tal-banda
3rd Apr 2012
Press Release
L-Orizzont
28th Feb 2012
Statut Aggornat
l-iStatut tal-Ghaqda Kazini Tal-Banda kif agg...
24th Feb 2012
Seminar tal-Ghaqda Kazini tal-Banda
IL-BANDA GHADHA L-GHAN EWLIENI TAL-KAZINI TAL...
29th Jan 2012
Attivitajiet mill Ghaqda Kazini tal-Banda.
Attivitajiet mill Ghaqda Kazini tal-Banda. Ja...
27th Jan 2012
Artiklu Mil-President Lawrence Farrugia
Dwar id-dokument tal-festi, fil-gazzetta In-N...
30th Dec 2011
Festa Sta Cecilja - Il-Belt Valletta
Festa Sta Cecilja Ccelebrata gewwa l-Belt Val...
19th Nov 2011
Festa Sta Cecilja - Kercem Ghawdex
Festa Sta Cecilja iccelebrata mill-Ghaqda Kaz...
6th Nov 2011
Seminar flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni
Seminar organizzat mill-Ghaqda Kazini tal-Ban...
18th Jul 2011
Radju Elenjani 95.8 FM
Muzika | Tgharif Mummercjali | Marci| Attivit...
7th Apr 2011
Pres Release March 2011
Press Release by Malta Band Club Association ...
23rd Mar 2011
Annual General Meeting
The annual general meeting was held at the of...
25th Feb 2011
L-ewwel konferenza reġjonali dwar metodi kif tattira allievi ġodda
Is-Sibt, 12 ta’ Frar 2011 Ċentru għ...
12th Feb 2011
Feast of St Cecilia
The organisation celebrates the feast of St C...
20th Nov 2010
Music Courses
Music courses being organised by the organisa...
17th Oct 2010


News and Events - Skema ghall-Finanzjament lill Kazini tal-Banda - 9th May 2017

 il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Gvern Lokali kif ukoll l-Malta Arts Council ħabbru l-finanzjament għal Każini tal-Banda b’rikonoxximent għal ħidmiethom. Dan kien ġie approvat fl-aħħar ‘budget’ tal-Gvern wara ħidma tal-Eżekuttiv tal-Għaqda. L-għajnuna se tkun qed tingħata għal restawr ta’ oġġetti/opri li jinsabu fil-Każini u li jinkludu arkivji mużikali, strumenti antiki, eċċ ; tisbieħ jew restawr tal-infrastruttura biex jitjieb l-ambjent fejn isir it-tagħlim ; l-għajnuna li diġa indikajna għal għalliema billi nsaħħulhom il-ħiliet tagħhom bi programmi u taħriġ f’istituzzjonijiet edukattivi ta’ livell terzjarju ;  u fost aktar oqsma li jistgħu japplikaw għalihom hemm l-implimentazzjoni għal proġetti li permezz tagħhom jespandu l-attivita mużikali kemm f’Malta u fl-esteru.

 

Dawk interessati li jipparteċipaw jridu jagħmlu proposta billi jniżżlu formola minn hawnhekk u sad-data li hemm stipulata jissottomettuha. Fil-proċess l-Każini jkunu mistennija jattendu għal laqgħat ta’ nformazzjoni li se jsiru kemm f’Malta u oħra f’Għawdex mill-Kunsill tal-Arti b’kollaborazzjoni ma l-Għaqda tagħna. Wieħed irid jieħu nota li biex Każin jikkwalifika jrid ikun reġistrat mal-Kummissarju tal-Għaqdiet Voluntarji u jkun konformi mal-liġi. Nfakkru wkoll li Każin irid ikun attiv ukoll fi ħdan l-Għaqda Każini tal-Banda skond il-kriterji li l-istess delegati tal-Każini stabbilew fl-Istatut fil-laqgħat Ġenerali li saru fi Frar li għadda. Iridu jkunu wkoll regolari fil-ħlas tal-menswalita tagħhom.

 

Ikunu meħtieġa ħames kopji tal-proposta bl-inizjattiva, flimkien ma’ kwotazzjonijiet, fejn applikabbli, u jitwasslu f’envelope magħluq għand l-Għaqda Każini tal-Banda l-Ħamrun, nhar l-Erbgħa 14 jew l-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju li ġej bejn is-6 pm u 7.15pm. Min jagħmel applikazzjoni tard ma tkunx milqugħa. Infakkru wkoll li kull inizjattiva trid tkun waħda li mhux tħalli qliegħ għal Każin, imma li tkun investiment totali fil-proġett.

 

L-inizjattiva se jkollha għad-dispożizzjoni mija u ħamsin elf ewro u taqa’ taħt żewġ kategoriji :  Kategorija A tkun inizjattiva sa massimu ta’ ħamest elef ewro ; u Kategorija B għal inizjattivi sa massimu ta’ għaxart elef ewro. Min se jamministra l-fondi se jissussidja 85% tal-proġett.

 

Fl-istess ħin l-Għaqda u l-Kunsill mhux jeskludu li Każini jippreżentaw proposti li jeċċedu l-għaxart elef imma li s-sussidju li jingħata jkun dak il-% li ġie indikat fl-iskema. Kemm l-Għaqda u l-Kunsill tal-Arti se jaħtru Bord ta’ Monitoraġġ li jista jagħmel żjarat fil-Każini applikanti. Inħeġġu lil min hu nteressat biex jidħol fil-website tal-Kunsill tal-Arti għal aktar informazzjoni jew jibgħat email lilna għal xi kjarifiki meħtieġa. Hemm żmien stipulat meta jistgħu jsiru l-applikazzjonijiet u meta l-proposti jkunu sottomessi, li nitolbukhom tosservaw.

 

Sadanittant, se ssir laqgħa dwar din l-inizjattiva nhar is-Sibt 13 ta’ Mejju fid-9am fil-Fortress Building, il-Belt (ħdejn Delia tal-Għamara) biex jingħata aktar tagħrif. Jindirizza il-laqgħa l-Ministru O. Bonnici.