Għajnuna mill-Gvern lis-Soċjetatjiet tal-Banda

L-Eżekuttiv tal-Għaqda jixtieq jirringrazzja lill-Prim Ministru Robert Abela li aktar kmieni illum ħabbar li s-Soċjetajiet tal-Banda ser ikunu qed jerġgħu jirċievu għajnuna minħabba l-effetti tal-Covid-19 li wassal għall-għeluq tal-Każini. Dan wara talba li saret mill-Eżekuttiv tal-Għaqda u laqgħat li saru mall-għola uffiċjali fl-istess uffiċju tal-Prim Ministru. Aktar dettalji lil membri tagħna ser jingħataw aktar il-quddiem.

Edukazzjoni u Xiri ta’ Strumenti Mużikali – 2020

Ilbieraħ ġiet imnedija it-tieni sejħa għall-fondi li tinkoragixxi t-tagħlim ta’ dawk l-istrumenti li hemm nuqqas tagħhom fis-Soċjetajiet tal-Banda tagħna. Dawk is-Soċjetajiet li jixtiequ japplikaw għal dawn il-fondi jistgħu jagħmlu dan billi jidħlu fuq is-sit www.vofunding.org.mt L-istrumenti elegibli taħt din l-iskema huma: Piccolo Baritone Saxophone Oboe E flat Trumpet Cor Anglais Flugelhorn Bass Clarinet Bass Trombone