Laudate Dominum in sanctis eius – Kunċert Ċelebrativ

F’għeluq il-75 sena mit-twaqqif tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tellgħat kunċert ċelebrativ ġewwa l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, bl’isem ta’ Laudate Dominum in sanctis eius, nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Frar 2023. Dan il-kunċert kien taħt id-direzzjoni tal-Maestro Taljan Giampaolo Lazzeri u kien taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta Dr George Vella.

Masterclasses Sezzjonali

Matul din is-sena u dik li gejja l-Għaqda ser tkun qed tiċċelebra l-75 Sena mit-twaqqif tagħha. Ġie maħsub li bħala parti min dawn iċ-ċelebrazzjonijiet l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tkompli tinvesti fl-edukazzjoni mużikali fi ħdan il-Baned tagħna u l-mużiċisti tagħna kollha. Dan ser ikun qed isir b’serje ta’ Masterclasses għal strumenti varji, minn professjonisti internazzjonali miġjuba

Laqgħa taż-Żgħażagħ – 2022

Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2022 ġewwa s-sede tas-Soċjetà Filarmonika King’s Own il-Belt Valletta ser tkun qed tiġi organizzata laqgħa għaż-Żgħażagħ li huma involuti fi ħdan is-Soċjetajiet tal-Banda. L-għan ta’ din il-laqgħa huwa sabiex bħala eżekuttiv nidiskutu flimkien ma’ dawn iż-żgħażagħ il-futur tal-Baned tagħna u x’hemm bżonn li jinbidel sabiex is-Soċjetajiet tagħna jibqgħu attraenti lil

Festival tal-Baned – 2022

Il-Fondazzjoni Kottonera b’kollaborazzjoni mal-Eżekuttiv tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda qed niedu it-tieni (2) edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Baned. Dan il-Festival ser jerġa jkun qed jittella f’4 pjazez jew postijiet pubbliċi jew siti storiċi ġewwa l-Kottonera. Bħal ma sar is-sena l-oħra dan il-Festival ser inkun qed jagħti l-opportunita’ lill-kompożituri lokali sabiex jiktbu mużika ġdida għall-Baned Maltin. Jekk inti

Laqgħa mall-Prim Ministru Dr Robert Abela, Deputat Prim Ministru u Profs Gauci

Stqarrija għal-Istampa F’Laqgħa kordjali li saret illum bejn il-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Profs. Charmaine Gauci, flimkien ma’ rappreżentanza mill-Kurja tal-Arċisqof u l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda kien diskuss kif jistgħu jkunu ċċelebrati din is-sena, attivitajiet reliġjużi esterni u l-festi esterni fl-ibliet u l-irħula. Il-prinċipju ewlieni ta’ dawn id-diskussjonijiet kien li

Laqgħa mall-Prim Ministru Dr Robert Abela

Nhar it-Tlieta 11 ta’ Jannar 2022 delegazzjoni mill-Eżekuttiv tal-Għaqda immexxija mil-President Dr Noel Camilleri kellha laqgħa mal-Prim Ministru Dr Robert Abela. Matul din il-laqgħa kordjali u nformattiva ġie diskuss kif jistgħu jiġu organizzati l-Festi matul din is-sena. Ġew diskussi ukoll kif is-Soċjetajiet tal-Banda tagħna jistgħu jibqgħu aktar sostenibbli għal ġid tal-komunitajiet lokali tagħna. L-Eżekuttiv iħares

Stqarrija – Festi 2022

L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda ħadet nota tal-istqarrijiet tal-bieraħ l-24 ta’ Novembru 2021 tad-Deputat Prim Ministru u tal-Awtoritajiet Ekleżjastiċi dwar l-organizzazzjoni tal-Festi. Jidher ċar li l-Protokolli eżistenti maħruġa mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika ma jippermettux li jiġu organizzati l-Festi Esterni bħal Purċissjonijiet. L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda għal darba oħra titlob laqgħa mas-Suprintendenza tas-Saħħa pubblika bħal ma ilha tagħmel

Stqarrija rigward iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festi

L-Festi huma wirt intanġibbli Nazzjonali. Fejn wara ħidma mill-Għaqda ġiet sottomessa applikazzjoni li qegħda pendenti quddiem il-UNESCO sabiex il-Festa tiġi rikonoxxuti bħala Wirt Intanġibbli dinji tal-UNESCO. L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tħeġġeġ u tappella lil dawk li għad iridu jiċċelebraw il-festi tagħhom fil-ġimgħat li ġejjin sabiex jkomplu jagħmlu dan b’rispett sħiħ lejn id-direttivi u l-miżuri mħabbra