Għajnuna mill-Gvern lis-Soċjetatjiet tal-Banda

L-Eżekuttiv tal-Għaqda jixtieq jirringrazzja lill-Prim Ministru Robert Abela li aktar kmieni illum ħabbar li s-Soċjetajiet tal-Banda ser ikunu qed jerġgħu jirċievu għajnuna minħabba l-effetti tal-Covid-19 li wassal għall-għeluq tal-Każini. Dan wara talba li saret mill-Eżekuttiv tal-Għaqda u laqgħat li saru mall-għola uffiċjali fl-istess uffiċju tal-Prim Ministru. Aktar dettalji lil membri tagħna ser jingħataw aktar il-quddiem.

Edukazzjoni u Xiri ta’ Strumenti Mużikali – 2020

Ilbieraħ ġiet imnedija it-tieni sejħa għall-fondi li tinkoragixxi t-tagħlim ta’ dawk l-istrumenti li hemm nuqqas tagħhom fis-Soċjetajiet tal-Banda tagħna. Dawk is-Soċjetajiet li jixtiequ japplikaw għal dawn il-fondi jistgħu jagħmlu dan billi jidħlu fuq is-sit www.vofunding.org.mt L-istrumenti elegibli taħt din l-iskema huma: Piccolo Baritone Saxophone Oboe E flat Trumpet Cor Anglais Flugelhorn Bass Clarinet Bass Trombone

Laqgħa Ġenerali Settembru 2020

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru 2020 saret il-Laqgħa Ġenerali tal-Għaqda. Din saret ġewwa l-bitħa tas-Santwarju, il-Mellieħa u saret skond il-miżuri tas-saħħa hekk kif maħruġa mill-istess awtoritajiet tas-saħħa. Din il-laqgħa li għalija attendew aktar min 60 Soċjetà membru ta’ l-għaqda saret bil-kollaborazzjoni tal-kumitat tal-Banda Imperial u min hawn L-Eżekuttiv jixtieq jirringrazzja lil l-istess Kumitat ta’ l-għajnuna

Diploma in Wind Band Studies

L-Univerista ta’ Malta ser terga tiftaħ il-kors “Diploma in Wind Band Studies”, b’kollaborazjoni mal-Għaqda Każini tal-Banda. Inħeggu lil dawk kollha nteressati sabiex .japplikaw għal dan il-kors sa’ nhar it-Tnejn 31 ta’ Awwissu 2020. F’dawn il-filmati l-istudenti li temmew b’suċess il-kors qed jagħtu ħarsa lejn it-tagħlim u l-esperjenzi ġodda li huma ħadu min dan il-kors. Jekk

Ftuħ tal-Każini – Awwissu 2020

Wara l-konferenza ta’ l-aħbarijiet li għamel nhar it-Tnejn id-deputat Prim Ministru Chris Fearne fuq il-miżuri l-ġodda li l-Awtoritajiet tas-saħħa ser jibdew jintroduċu mil-illum l-Erbgħa 19 ta’ Awwissu 2020. Il-President għamel intervent mal-Ministru Julia Farrugia Portelli u l-Pulizija, nixtieq navżaw li l-Każin u l-bottegin tal-Każin jista’ jibqa’ jiftaħ skond id-direttivi ta’ hawn taħt. Il-kumitati għandhom jara

Pellegrinagi Festi 2020

Wara l-istqarrija li saret ilbieraħ mid-deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Dr Chris Fearne, fejn ħabbar miżuri ta’ limitazzjoni għall-attivitajiet tal-massa, dalgħodu l-President ta’ l-Għaqda ġie mgħarraf mill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna fejn ġie konfermat li min din il-ġimgħa, l-pellegrinaġġ tal-festa ser ikun limitat għal 100 persuna. Dan jinkludi wkoll lill-banda/baned skond dak

Ċelebrazzjoni tal-Festi 2020

F’dawn iż-żmienijiet huwa importanti li nibqgħu nħarsu saħħet il-pubbliku ġenerali u ma għandna nagħmlu xejn li jista jippregudika x-xogħol kbir ta’ l-Awtoritajiet tas-Saħħa. Għalhekk l-Eżekuttiv ta’ l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, kif diga saħaq sabiex nimxu bi prudenza u maturità fl-attivitajiet li jiġu organizzati relatati mal- festi, mill-ġdid tħeġġeġ lill-membri tagħha li meta jiġu biex jiddeċiedu

Permessi għaċ-ċelebrazzjoni tal-Festi 2020

L-Eżekuttiv ta’ l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, wara laqgħa li kellhu illum mal-Kummissarju tal-Pulizija, jidderieġi lil membri tagħha li ma għandhomx jippublikaw dettalji dwar attivitajiet mużikali esterni relatati maċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi qabel ma jkunu inħarġu l-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet responsabbli. Din id-direttiva hija applikabbli b’effett immedjat. Dawk is-Soċjetajiet tal-banda li diġa ħarġu xi programmi, għandhom jirtirawhom minnufih.

Skema ngħinu finanzjarjament lill-Każini tal-Banda – 2020

Kif ġie imħabbar permezz tas-sit soċjali ta’ l-Għaqda t-terminu ta’ skadenza tal-applikazzjoni għall-iskema ‘Ngħinu Finanzjarjament is-soċjetajiet tal-banda’ ġiet estiża sal-31 ta’ Lulju 2020. Din l-estensjoni kienet possibbli sar wara l-intervent li għamlet l-Għaqda ma l-awtoritajiet ikkonċernati. Il-linji gwida ta’ din l-iskema jistgħu jitnizlu billi tafas hawn Ser tkun qed issir ukoll laqgħa ta’ informazzjoni nhar