L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda ġiet imwaqfa fl-1947. L-għan ta’ din l-Għaqda huwa li tieħu ħsieb l-interessi ta’ l-Għaqdiet imsieħba billi:

    • Issostni u ssaħħaħ ir-relazzjoni bejn l-għaqdiet mużikali membri tal-għaqda
    • Tgħin fil-bżonnijiet ġenerali tagħhom u titratta problemi u diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom
    • Taħdem sabiex ittejjeb il-livell ta’ tgħalim u apprezzament tal-arti mużikali fil-każini tal-banda u f’Malta

L-Għaqda hija purament volontarja u il-ħidma tagħha ma tħalli l-ebda profit min l-attivitajiet organizzati minnha.