Laudate Dominum in sanctis eius – Kunċert Ċelebrativ

F’għeluq il-75 sena mit-twaqqif tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tellgħat kunċert ċelebrativ ġewwa l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, bl’isem ta’ Laudate Dominum in sanctis eius, nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Frar 2023. Dan il-kunċert kien taħt id-direzzjoni tal-Maestro Taljan Giampaolo Lazzeri u kien taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta Dr George Vella.