Waqt il-Kunsill Ġenerali li ltaqa l-Ġimgħa 28 ta’ Frar 2020 ġewwa l-Forti Sant Anġlu nħatar l-Eżekuttiv il-ġdid tal-Għaqda għas-sentejn li ġejjin. L-Eżekuttiv il-ġdid huwa furmat kif ġej:
President: Dr. Noel Camilleri
Viċi President: Omar Xuereb
Segretarju Ġenerali – Joseph C. Azzopardi
Kaxxier – Christopher Briffa
Rapreżentant tal-Baned Għawdxin – Joseph Bajjada
Membri:
Bartolo Lino
Borg Renald
Brincat Duncan
Sammut Anthony
Vella Marvel
Zammit Raymond
Matul il-ġimgħat li ġejjin ser issir il-laqgħa għar-rapreżentanti taż-żgħażagħ sabiex jintgħażlu 4 membri oħra għal-Eżekuttiv. Il-proċess jiġi fit-tmiemu matul l-ewwel laqgħa tal-Eżekuttiv fejn jingħataw il-Karigi lill-membri.
Waqt l-istess laqgħa l-Eżekuttiv kien preżenti il-Ministru għall-Wirt Nazzjoni, l-Arti u l-Gvern lokali Hon. Dr. Jose Herrera. Il-President ta’ l-Għaqda Dr. Camilleri stieden lill-Ministru sabix jagħmel l-intervent tiegħu. Il-Ministru tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jgħin il-baned Maltin. Flimkien ma l-Għaqda hu ser ikun qed jara li jaħdem sabix jgħin lil dawk il-każini li ikollhom xi problemi.
Dr. Camilleri ħabbar ukoll li l-President ta’ Malta jixtieq li jorganizza attivita nazzjonali għal baned kollha bejn 13 u l-15 ta’ Novembru 2020. L-iskop ta’ din l-attivita hija sabiex jinġabru fondi għal-‘Community Chest Fund”.
Għafas hawn għar-rappurtagg ta’ din il-laqgħa