Ilbieraħ l-Erbgħa’ 28 ta’ Lulju 2021, ġewwa Bieb is-Sultan il-Kottonera itellgħu l-poloz tal-Festival Nazzjonali tal-Baned li huwa organizzat b’mod konġunt bejn l-Fondazzjoni Kottonera u l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda. Waqt din l-attivta’ ġew imħabra ukoll l-erbgħa kompozizzjonijiet magħżula mil-ġurija internazzjonali.

Il-Poloz telgħu kif ġej:

Data tal-KunċertBandaLokazjoni tal-KunċertKompozizzjoni ta’ Surmast Lokali
17.09.2021Banda San Ġużepp – KalkaraBormlaTarsena Suite – Daniel Vella
18.09.2021Banda San Ġorġ Martri – QormiKalkaraĠrajjiet il-Bastjun – Carl Borg
24.09.2021Banda San’t Elena – B’KaraIslaLa Battaglia – Etienne Spiteri
25.09.2021Banda Re Ġorġ V – MqabbaBirguMil-Gardjola – Raymond Magri

Telgħu l-kumplament tal-Baned kif ser idoqqu matul l-edizzjonijiet futuri tal-festival. Dawn telgħu kif ġej:

SenaKunċertBanda
20221Banda San Lawrenz – Birgu
20222Banda Nicolo Isuoard – Mosta
20223Banda L’Isle Adam – Rabat
20224Banda Beland – Żejtun
   
20231Banda San Ġiljan – San Ġiljan
20232Banda San Mikiel – Żabbar
20233Banda B’Bugia – B’Bugia
20234Banda San Leonardu – Kirkop
   
20231Banda Imperial – Mellieħa
20232Banda Queen Victoria – Żurrieq
   

Min hawn il-quddiem ser tibda ħidma loġistika sabiex l-ewwel edizzjoni ta’ dan il-Festival tkun organizzata b’suċċess.

J’Alla dan il-festival iservi sabiex il-Baned Maltin jerġgħu jibdew issemgħu leħinhom fil-pubbliku wara kważi sentejn wieqfa minħabba l-pandemija Covid-19.

L’Eżekuttiv tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda jirringrazzja lill-Fondazzjoni Kottonera b’mod speċjali lil Onorevoli Glenn Bedingfield tal-organizzazzjoni ta’ dan il-festival.

Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *