L-Eżekuttiv tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda jirringrazzja lil Eċċellenza tiegħu Dr. George Vella għall-ħidma u l-appoġġ kontinwu tiegħu b’risq il-Festa Maltija u s-soċjetajiet tal-banda matul l-Presidenza tiegħu.

L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, filwaqt li tawgura lil Eċċellenza Tagħha Dr Miriam Spiteri Debono għall-ħatra tagħha, tifirħilha bħala l-ewwel President li ġiet ikkonfermata unanimament mill-parlament Malti u tħares b’konvinzjoni li bħala President ser tibqa’ tħares dak kollu li jagħmilna poplu, fosthom il-festa Maltija u s-soċjetajiet tal-banda.

Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *