Laqgħa Ġenerali Settembru 2020

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru 2020 saret il-Laqgħa Ġenerali tal-Għaqda. Din saret ġewwa l-bitħa tas-Santwarju, il-Mellieħa u saret skond il-miżuri tas-saħħa hekk kif maħruġa mill-istess awtoritajiet tas-saħħa. Din il-laqgħa li għalija attendew aktar min 60 Soċjetà membru ta’ l-għaqda saret bil-kollaborazzjoni tal-kumitat tal-Banda Imperial u min hawn L-Eżekuttiv jixtieq jirringrazzja lil l-istess Kumitat ta’ l-għajnuna