Stqarrija – Festi 2022

L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda ħadet nota tal-istqarrijiet tal-bieraħ l-24 ta’ Novembru 2021 tad-Deputat Prim Ministru u tal-Awtoritajiet Ekleżjastiċi dwar l-organizzazzjoni tal-Festi. Jidher ċar li l-Protokolli eżistenti maħruġa mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika ma jippermettux li jiġu organizzati l-Festi Esterni bħal Purċissjonijiet. L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda għal darba oħra titlob laqgħa mas-Suprintendenza tas-Saħħa pubblika bħal ma ilha tagħmel