Stqarrija – Festi 2022

L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda ħadet nota tal-istqarrijiet tal-bieraħ l-24 ta’ Novembru 2021 tad-Deputat Prim Ministru u tal-Awtoritajiet Ekleżjastiċi dwar l-organizzazzjoni tal-Festi. Jidher ċar li l-Protokolli eżistenti maħruġa mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika ma jippermettux li jiġu organizzati l-Festi Esterni bħal Purċissjonijiet. L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda għal darba oħra titlob laqgħa mas-Suprintendenza tas-Saħħa pubblika bħal ma ilha tagħmel

Stqarrija rigward iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festi

L-Festi huma wirt intanġibbli Nazzjonali. Fejn wara ħidma mill-Għaqda ġiet sottomessa applikazzjoni li qegħda pendenti quddiem il-UNESCO sabiex il-Festa tiġi rikonoxxuti bħala Wirt Intanġibbli dinji tal-UNESCO. L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tħeġġeġ u tappella lil dawk li għad iridu jiċċelebraw il-festi tagħhom fil-ġimgħat li ġejjin sabiex jkomplu jagħmlu dan b’rispett sħiħ lejn id-direttivi u l-miżuri mħabbra

Strengthening the Cultural Ties through Music – 2

Nhar it-Tnejn 9 ta’ Awwissu 2021 fil-17:00Hrs ġew magħluqa l-applikazzjonijiet sabiex dawk id-Diretturi Mużikali u għalliema li insibu fis-Soċjetajiet tal-Banda li għandhom interess jagħmlu sitt ijiem f’wieħed min tlett Konservatorji Mużikali fl-Ewropa jitfgħu l-applikazzjoni tagħhom. Sad-data tal-għeluq ġew sottomessi 26 applikazzjoni. Issa imiss li l-Bord ta’ Evalwazzjoni li jevalwa dawn l-applikazzjonijiet u jintgħazlu 15 l-persuna

Strengthening the Cultural Ties through Music

Permezz tad-diversi ftehimiet ta’ kollaborazzjoni ma’ tlett Konservatorji Mużikali madwar l-Ewropa u anke permezz ta’ fondi li ġejjin mill-EUPA ser inkunu qed nagħtu l-opportunita lil diversi Diretturi Mużikali u għalliema li insibu fis-Soċjetajiet tal-Banda tagħna sabiex jagħmlu sitt ijiem f’wieħed min dawn it-tlett Konservatorji. Għal dan il-għan l-Għaqda qed tiftaħ l-applikazzjonijiet sabiex dawk interessati japplikaw

Polza – Festival tal-Baned

Ilbieraħ l-Erbgħa’ 28 ta’ Lulju 2021, ġewwa Bieb is-Sultan il-Kottonera itellgħu l-poloz tal-Festival Nazzjonali tal-Baned li huwa organizzat b’mod konġunt bejn l-Fondazzjoni Kottonera u l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda. Waqt din l-attivta’ ġew imħabra ukoll l-erbgħa kompozizzjonijiet magħżula mil-ġurija internazzjonali. Il-Poloz telgħu kif ġej: Data tal-Kunċert Banda Lokazjoni tal-Kunċert Kompozizzjoni ta’ Surmast Lokali 17.09.2021 Banda San

Direttivi ftuħ tal-Bottegini – Ħadd 6 ta’ Ġunju 2021

Min nhar il-Ħadd 6 ta’ Ġunju 2021 l-Bottegini tal-Każini tagħna ser ikunu qed jerġgħu jiftħu għan-nies. Bħala Eżekuttiv inħeġġu lil kulħadd sabiex jimxi mad-direttivi hekk kif maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa sabiex dawk li jżuru l-Bottegini tagħna jkollhom is-serħan tal-moħħ li l-istess Botteġini qed jitmexxew skont dawn il-protokolli. Bħala Eżekuttiv ħadna ħsieb li noħorġu u nibgħatu ċirkulari

Sodisfatti mmens… Il-Ħidma tal-Għaqda tkompli tagħti l-frott lil Kultura Bandistika

Artiklu li deher fil-gazzetta Illum li fih il-President tal-Għaqda tkellem fuq is-sodisfazzjon li jara meta l-Gvern jagħti importanza lejn l-impatt kulturali li s-Soċjetajiet tal-Banda tagħna għandhom fil-komunitajiet tagħna. Dan għaliex wara snin ta’ ħidma mill-Għaqda biex dawk is-Soċjetajiet li ma għandhomx is-sede tagħhom ikollhom is-serħan tal-moħħ, il-Gvern qiegħed ukoll jaħdem sabiex jara li dawn l-istess

Espressjoni ta’ Interess – Proġett ta’ Digitizazzjoni

L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda qed tistieden lil dawk l-individwi jew organizzazzjonijiet li jipprovdu s-servizz ta’ Digitizazzjoni ta’ dokumenti antiki sabiex jissottomettu l-interess tagħhom. Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-espressjoni ta’ interess tagħlaq nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Lulju 2021 fil-17:00Hrs. Dan il-proġett qed isir mill-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda f’kollaborazzjoni mal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta u bl-appoġġ finanzjarju tal-Kunsill Malti

Joseph C. Azzopardi 1944 – 2021

Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Jannar 2021 filgħaxija l-membri tal-Eżekuttiv ġew infurmati li s-Segretarju ad-vitam is-Sur Joseph C. Azzopardi ħalla dan il-wied ta’ dmugħ. JC ġie mogħti l-aħħar tislima nhar il-Ħadd 30 ta’ Jannar ġewwa l-Knisja Arċipretali ta’ San Lawrenz il-Birgu Malta.