L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda ħadet nota tal-istqarrijiet tal-bieraħ l-24 ta’ Novembru 2021 tad-Deputat Prim Ministru u tal-Awtoritajiet Ekleżjastiċi dwar l-organizzazzjoni tal-Festi. Jidher ċar li l-Protokolli eżistenti maħruġa mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika ma jippermettux li jiġu organizzati l-Festi Esterni bħal Purċissjonijiet.

L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda għal darba oħra titlob laqgħa mas-Suprintendenza tas-Saħħa pubblika bħal ma ilha tagħmel min April 2020 sabiex permezz ta’ diskussjoni magħha flimkien mal-Kurja Arċiveskovili jitfasslu protokolli li jippermettu verament li jiġu ċelebrati l-festi esterni.

L-Għaqda tħeġġeġ sabiex ilkoll flimkien naħdmu sabiex ma tintilifx pern ewlieni tal-Identità Kulturali Maltija.

L-Eżekuttiv tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda

Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *