Festival tal-Baned – Sejħa għal-Kompożizzjonijiet ġodda

Il-Fondazzjoni Kottonera b’kollaborazzjoni mal-Eżekuttiv tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda qed niedu 3 edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Baned. Dan il-Festival ser jerġa jkun qed jittella f’teatru ġewwa l-Kottonera. Bħal ma sar fl-edizzjonijiet preċedenti dan il-Festival ser inkun qed jagħti l-opportunita’ lill-kompożituri lokali sabiex jiktbu mużika ġdida għall-Baned Maltin. Il-linji gwida ta’ kif wieħed jista’ jieħu sehem f’din is-sejħa

Munita Kommemorattiva maħruġa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta

Sabiex jibqa mfakkar il-75 sena mit-twaqqif tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda nhar it-18 ta’ Lulju 2023 il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ munita numiżmatika. Preżenti għat-tnedija ta’ din il-minuta kien hemm il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, il-President tal-Għaqda, Dr Noel Camilleri, is-Segretarju Ġenerali, is-Sur Christopher Briffa, is-Sur Rendell Micallef u is-Sur Tonio Sammut, u