Ftehim ta’ Kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Bandistika Taljana

Fuq stedina tal-Presidenza tal-Associazione Nazionale delle Bande Italiane Musicali Autonome (ANBIMA) matul il-ġurnata tas-Sibt 14 u anke l-Ħadd 15 ta’ Ottubru 2023 delegazzjoni mil-Eżekuttiv tal-Għaqda attendew għal kungress ta’ nofs it-terminu tal-mandat tal-Eżekuttiv ta’ din l-Assoċjazzjoni Taljana kif ukoll għall Kunsill Nazzjonali tagħha. Matul dawn il-jumejn il-President flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda kellhom l-opportunità li jitkellmu