Fuq stedina tal-Presidenza tal-Associazione Nazionale delle Bande Italiane Musicali Autonome (ANBIMA) matul il-ġurnata tas-Sibt 14 u anke l-Ħadd 15 ta’ Ottubru 2023 delegazzjoni mil-Eżekuttiv tal-Għaqda attendew għal kungress ta’ nofs it-terminu tal-mandat tal-Eżekuttiv ta’ din l-Assoċjazzjoni Taljana kif ukoll għall Kunsill Nazzjonali tagħha. Matul dawn il-jumejn il-President flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda kellhom l-opportunità li jitkellmu u jaqsmu l-ideat ma diversi Presidenti u uffiċjali fi ħdan is-soċjetajiet mużikali Taljani kemm fuq bażi reġjonali u provinċjali.

Matul il-Kunsill Nazjonali il-President indirizza lil dawk preżenti u saħħaq li flimkien nistgħu nimplimentaw diversi miżuri sabiex b’mod sostenibbli ngħelbu l-isfidi li bħala Soċjetajiet tal-Banda qed naffaċjaw. Fl-aħħar tad-diskors l-President flimkien mal-President tal-ANBIMA iffirmaw Memorandum ta’ Ftehim bejn iż-żewġ Assoċjazzjonijiet Nazzjonali sabiex tkun faċilitata aktar il-ħidma kif ukoll tiżdied il-livell ta’ kollaborazjoni bejn ż-żewġ Assoċjazzjonijiet Nazzjonali

Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *