Il-Fondazzjoni Kottonera b’kollaborazzjoni mal-Eżekuttiv tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda niedew Festival Nazzjonali tal-Baned. Dan il-Festival ser ikun qed jittella f’4 pjazez jew postijiet pubbliċi jew siti storiċi ġewwa l-Kottonera.

Dan il-Festival ser inkun qed jagħti l-opportunita’ lill-kompożituri lokali sabiex jiktbu mużika ġdida għall-Baned Maltin.

Jekk inti interessat inħeġġuk li tipparteċipa fil-laqgħat ta’ informazzjoni li ser isiru għall-baned nhar l-Erbgħa 13 ta’ Jannar 2021 u għal-kompożituri l-Ħamis 14 ta’ Jannar 2021. L-informazzjoni fuq dawn il-laqgħat jinsabu fil-linji gwida.

Il-Linji Gwida sabiex il-Baned u l-Kompożituri jieħdu sehem f’dan il-Festival jistgħu jitniżlu min hawn taħt:

Dan il-Festival ser ikun qed isir skond il-protokolli maħruġa mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika relattiv għal dawn it-tipi ta’ attivitajiet.

Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *