L-Ghaqda Kazini tal-Banda thabbar l-attivitajiet marbuta mal-Festa ta’ Santa Cecilja l-Padruna tal-Muzicisti.

Nhar is-Sibt 17 ta’ Novembru fil-17:30 ser tkun koncelebrata quddiesa fil-konkatidral ta’ San Gwann mid-Direttur Spirtwali tal-Ghaqda Fr. Deo Debono. Wara l-quddiesa l-Banda Santa Marija ta’ Had-Dingli ser taghmel marc tul it-Toroq tal-Belt Valletta bis-sehem tal Ghaqdiet Muzikali u l-Istandarti taghhom.

L-Ghada l-Hadd ic-celebrazjonijiet imorru fil-gzira ta’ 3 gholjiet gewwa r-rahal pittoresk taz-Zebbug fejn fl-10.30am ser tkun koncelebrata quddiesa u wara l-Banda Santa Marija taz-Zebbug Ghawdex taghmel marc tal-okkazzjoni bis-sehem tas-Socjetajiet Muzikali Ghawdxin.

L-attivitajiet ikomplu nhar is-Sibt l-1 ta’ Dicembru fejn l-Ghaqda sejhet laqgha generali straordinarja li ser titlaqqa gewwa s-Seminarju tal-Virtu -Rabat mid-9:00 l-quddiem. Ghal din il-laqgha mistiedna jattendu s-Segretarji, delegati kif ukoll Surmastrijiet tal-Baned Maltin. Matul din il-laqgha ser jigi diskuss u mpoggi ghal-approvazjoni dokument ta’ strategija ghas-snin li gejjin dwar il-baned Maltin.

L-Attivitajiet jigu fit-tmiemhom il-Hadd 2 ta’ Dicembru b’ Kuncert Strumentali mil-Banda Peace tan-Naxxar gewwa t-Teatru Manoel fis-7:00pm.

Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *