L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda qed tistieden lil dawk l-individwi jew organizzazzjonijiet li jipprovdu s-servizz ta’ Digitizazzjoni ta’ dokumenti antiki sabiex jissottomettu l-interess tagħhom. Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-espressjoni ta’ interess tagħlaq nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Lulju 2021 fil-17:00Hrs.
Dan il-proġett qed isir mill-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda f’kollaborazzjoni mal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta u bl-appoġġ finanzjarju tal-Kunsill Malti għall-Arti.
L-Espressjoni ta’ Interess tista’ titniżel billi tagħfas hawn taħt:
Għal aktar informazzjoni tista’ tagħmel kuntatt mall-Uffiċju tal-Għaqda fuq 27110669 jew info@maltaband.org