Bħal ma’ isir kull sena matul viċin d-data tat-22 ta’ Novembru festa liturġika ta’ Santa Ċeċilja padruna tal-mużiċisti l-Għaqda ħaddet ħsieb li itellgħa diversi attivitajiet marbuta ma din il-festa.

Nhar is-Sibt 18 ta’ Novembru 2023 ġewwa l-Kon-Katidral tal-Belt Valletta saret quddiesa ta’ Santa Ċeċilja bil-preżenza ta’ ħafna mil-membri tal-Għaqda. Din il-quddiesa ġiet iċċelebrata mid-Direttur Spirtitwali tal-Għaqda Dun Michael Camilleri mejjun mil-Mons Dun Paul Vella. Fil-bidu tal-quddiesa ġie mbierak l’istandard il-ġdida tal-Għaqda.

Wara l-quddiesa sar marċ mil-Banda 11 ta’ Frar Raħal Ġdid madwar it-torroq tal-Belt Valletta. Din is-sena l-grupp tal-armar fi ħdan is-Soċjetà La Stella tar-Rabat Għawdex ġabu l-istatwa ta’ Santa Ċeċilja sabiex takumpanja dan il-marċ.

Ġewwa Għawdex l-Għaqda orġanizat din il-Festa nhar il-Ħadd 26 ta’ Novembru ġewwa x-Xagħra. Din bdiet b’marċ mil-Banda Victory, dan beda min quddiem l-każin sa quddiem il-Knsija akkumpanjat mis-Soċjetajiet Għawdxin u wara saret quddiesa mil-Isqof Mons Dun Anton Theuma ġewwa l-Bażiklika tax-Xagħra.

Bħal kull sena dawn il-festa għalqu b’kunċert ġewwa t-teatru Manuel. Dan il-kunċert sar nhar il-Ħadd 3 ta’ Diċembru 2023 u kien imiss lil Banda Sliema li torganizza dan il-kuncert. Dan il-kunċert kien taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta l-Eċċ Dr George Vella.

Wara l-kunċert sar riċeviment qasir fejn ġiet mogħtija wkoll tifkira lil Banda Sliema f’għeluq il-100 sena mit-twaqqif tagħha.

Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *