Wara l-konferenza ta’ l-aħbarijiet li għamel nhar it-Tnejn id-deputat Prim Ministru Chris Fearne fuq il-miżuri l-ġodda li l-Awtoritajiet tas-saħħa ser jibdew jintroduċu mil-illum l-Erbgħa 19 ta’ Awwissu 2020.

Il-President għamel intervent mal-Ministru Julia Farrugia Portelli u l-Pulizija, nixtieq navżaw li l-Każin u l-bottegin tal-Każin jista’ jibqa’ jiftaħ skond id-direttivi ta’ hawn taħt. Il-kumitati għandhom jara li l-persuni responsabbli mill-operat tal-bottegin jimxu ma’ l-Att dwar is-saħħa pubblika (Kap. 465) u mas-sussegwenti protokolli:

  1. Il-bottegini għandhom joperaw taħt il-protokolli tar-restoranti, hekk kif kienu maħruġa  meta kienu reġgħu fetħu f’Ġunju 2020. Jiġifieri jistgħu jibqgħu miftuħin u jservu lil-klijenti ma’ l-imwejjed b’ikel ordnat u mixtri u/jew appetizers max-xorb li jkun ġie ordnat.
  2. Il-persuni responsabbli mill-operat tal-bottegini għandhom jaraw li l-klijenti li jidħlu fil-bottegini tal-każini jkunu libsin maskra. Din il-maskra għandha tintlibes sakemm il-klijent ipoġġi bilqegħda u terġa tintlibes jekk l-istess klijent juża l-faċilitajiet sanitarji u jkunu ser jerġaw joħorġu mis-sede tal-każin.

Illum fil-17:00 ser tkun qed isir laqgħa virtwali mall-Kap eżekuttiv tal-Awtorità tat-Turiżmu sabiex fiha jagħti dettalji dwar kif l-bottegini għandhom joperaw. Għal aktar dettalji fuq din il-laqgħa tkellmu ma’ l-uffiċju amministrattiv ta’ l-Għaqda. Nitolbu li Kumitat tas-Soċjetajiet sabiex jaraw li dawn ir-regolamenti jiġu mħarsa b’mod rigoruż

Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *