Matul din is-sena u dik li gejja l-Għaqda ser tkun qed tiċċelebra l-75 Sena mit-twaqqif tagħha. Ġie maħsub li bħala parti min dawn iċ-ċelebrazzjonijiet l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tkompli tinvesti fl-edukazzjoni mużikali fi ħdan il-Baned tagħna u l-mużiċisti tagħna kollha.

Dan ser ikun qed isir b’serje ta’ Masterclasses għal strumenti varji, minn professjonisti internazzjonali miġjuba apposta għall-mużiċisti f’Malta.

Għalhekk jekk inti mużiċist inħeġġuk sabiex tapplika hawn: https://forms.gle/oaSZybtAoNBWAA6VA

Il-magoranza ta’ dawn il-Masterclasses ser ikunu qed isiru ġewwa l-MCAST Paola filwaqt li dawk tal-perċussjoni ser isiru fil-barraks tal-AFM f’Ħal Luqa.

Dawn il-Masterclasses qed ikunu possibli grazzi għal Fondi mil-Kunsil Malta għal-Arti taħt il-Fond Program Support Scheme.

Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *