Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2022 ġewwa s-sede tas-Soċjetà Filarmonika King’s Own il-Belt Valletta ser tkun qed tiġi organizzata laqgħa għaż-Żgħażagħ li huma involuti fi ħdan is-Soċjetajiet tal-Banda.

L-għan ta’ din il-laqgħa huwa sabiex bħala eżekuttiv nidiskutu flimkien ma’ dawn iż-żgħażagħ il-futur tal-Baned tagħna u x’hemm bżonn li jinbidel sabiex is-Soċjetajiet tagħna jibqgħu attraenti lil ġenerazzjoni żagħżugħa u x’hemm bżonn li jsir mill-Għaqda sabiex dan iseħħ.

Għalhekk jekk inti żgħażugħ/a li tixtieq tagħmel differenza fi ħdan is-Soċjetajiet tal-Banda tagħna nistednuk li tattendi għal din il-laqgħa.

Matul din il-laqgħa ser tkun qed isir elezzjoni min fost dawk preżenti sabiex jidħlu membri żewġ żgħażagħ ġodda fi ħdan l-Eżekuttiv tal-Għaqda.

Jekk ser tattendi għal din il-laqgħa inti mitlub/a li timla din il-formula:

https://docs.google.com/forms/d/1upuqqCjSQ4OXUvof6rKkVEzYrSH-bP6ImN4NZHtdTZA/viewform?ts=626fa098&edit_requested=true

Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *