L-Festi huma wirt intanġibbli Nazzjonali. Fejn wara ħidma mill-Għaqda ġiet sottomessa applikazzjoni li qegħda pendenti quddiem il-UNESCO sabiex il-Festa tiġi rikonoxxuti bħala Wirt Intanġibbli dinji tal-UNESCO.

L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tħeġġeġ u tappella lil dawk li għad iridu jiċċelebraw il-festi tagħhom fil-ġimgħat li ġejjin sabiex jkomplu jagħmlu dan b’rispett sħiħ lejn id-direttivi u l-miżuri mħabbra dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika.

L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda b’dispjaċir tinnota l-miżuri sproporzjonati li qegħdin jittieħdu fil-konfront tas-Soċjetajiet tal-Banda u d-dilettanti tal-festi matul iċ-ċelebrazzjonijiet jew attivitajiet li dawn l-istess Soċjetajiet qegħdin jorganizzaw.

Bħala Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda huwa d-dmir tagħna li nkunu minn ta’ quddiem sabiex nissalvagwardjaw dan il-wirt intanġibbli. Għalhekk qegħdin għal darba oħra nitolbu lill-awtoritajiet konċeranti sabiex minn ISSA nibdew diskussjonijiet dwar il-festi 2022 mingħajr dewmien, ħalli mis-sena 2022 nerġgħu nibdew niċċelebraw il-festi kollha fl-2022 inkluż  dawk tal-Ġimgħa Mqaddsa

Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *