Sodisfatti mmens… Il-Ħidma tal-Għaqda tkompli tagħti l-frott lil Kultura Bandistika

Artiklu li deher fil-gazzetta Illum li fih il-President tal-Għaqda tkellem fuq is-sodisfazzjon li jara meta l-Gvern jagħti importanza lejn l-impatt kulturali li s-Soċjetajiet tal-Banda tagħna għandhom fil-komunitajiet tagħna. Dan għaliex wara snin ta’ ħidma mill-Għaqda biex dawk is-Soċjetajiet li ma għandhomx is-sede tagħhom ikollhom is-serħan tal-moħħ, il-Gvern qiegħed ukoll jaħdem sabiex jara li dawn l-istess

Espressjoni ta’ Interess – Proġett ta’ Digitizazzjoni

L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda qed tistieden lil dawk l-individwi jew organizzazzjonijiet li jipprovdu s-servizz ta’ Digitizazzjoni ta’ dokumenti antiki sabiex jissottomettu l-interess tagħhom. Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-espressjoni ta’ interess tagħlaq nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Lulju 2021 fil-17:00Hrs. Dan il-proġett qed isir mill-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda f’kollaborazzjoni mal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta u bl-appoġġ finanzjarju tal-Kunsill Malti