Stqarrija rigward iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festi

L-Festi huma wirt intanġibbli Nazzjonali. Fejn wara ħidma mill-Għaqda ġiet sottomessa applikazzjoni li qegħda pendenti quddiem il-UNESCO sabiex il-Festa tiġi rikonoxxuti bħala Wirt Intanġibbli dinji tal-UNESCO. L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tħeġġeġ u tappella lil dawk li għad iridu jiċċelebraw il-festi tagħhom fil-ġimgħat li ġejjin sabiex jkomplu jagħmlu dan b’rispett sħiħ lejn id-direttivi u l-miżuri mħabbra

Strengthening the Cultural Ties through Music – 2

Nhar it-Tnejn 9 ta’ Awwissu 2021 fil-17:00Hrs ġew magħluqa l-applikazzjonijiet sabiex dawk id-Diretturi Mużikali u għalliema li insibu fis-Soċjetajiet tal-Banda li għandhom interess jagħmlu sitt ijiem f’wieħed min tlett Konservatorji Mużikali fl-Ewropa jitfgħu l-applikazzjoni tagħhom. Sad-data tal-għeluq ġew sottomessi 26 applikazzjoni. Issa imiss li l-Bord ta’ Evalwazzjoni li jevalwa dawn l-applikazzjonijiet u jintgħazlu 15 l-persuna