F’dawn iż-żmienijiet huwa importanti li nibqgħu nħarsu saħħet il-pubbliku ġenerali u ma għandna nagħmlu xejn li jista jippregudika x-xogħol kbir ta’ l-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Għalhekk l-Eżekuttiv ta’ l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, kif diga saħaq sabiex nimxu bi prudenza u maturità fl-attivitajiet li jiġu organizzati relatati mal- festi, mill-ġdid tħeġġeġ lill-membri tagħha li meta jiġu biex jiddeċiedu x’attivitajiet jorganizzaw għandhom ikomplu jimxu b’mod kawt u prudenti.
Din hi sena partikolari u għalhekk iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi tagħna għandhom jirriflettu dawn l-istess żmienijiet.
