L-Eżekuttiv ta’ l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, wara laqgħa li kellhu illum mal-Kummissarju tal-Pulizija, jidderieġi lil membri tagħha li ma għandhomx jippublikaw dettalji dwar attivitajiet mużikali esterni relatati maċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi qabel ma jkunu inħarġu l-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet responsabbli.
Din id-direttiva hija applikabbli b’effett immedjat.
Dawk is-Soċjetajiet tal-banda li diġa ħarġu xi programmi, għandhom jirtirawhom minnufih.
