Wara l-istqarrija li nħarget ilbieraħ mill-Konferenza Episkopali ta’ Malta u ta’ Għawdex, l-Għaqda Każini tal-Banda kienet sorpriża bħal kulħadd b’din d-deċiżjoni u tħoss li kien jkun aktar xieraq li qabel ma ttieħdet sar djalogu magħha tenut kont li l-Membri tagħha huma stakeholders fil-festi tagħna kif ukoll għandhom post importanti fil-kommunitajiet tagħna.

Fid-dawl taċ-ċirkustanzi straordinarji preżenti, l-Għaqda taqbel ma’ dak li qegħdin jirrakkomandaw l-Awtoritajiet tas-Saħħa li ma għandhomx jkun hemm attivitajiet tal-massa għaliex s-saħħa tal-poplu tibqa’ dejjem l-akbar prijorità.

Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *