Wara li għal dawn l-aħħar ħames ġimgħat konna qed niġbru l-informazzjoni meħtieġa dwar il-qagħda finanzjarja tas-Soċjetajiet Mużikali, dalgħodu saret laqgħa ma’ l-Ministru Profs. Edward Scicluna, l-Ministru Dr. Jose Herrera u s-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo. F’din il-laqgħa ġew diskussi l-isfidi li qegħdin naffaċċjaw minħabba l-COVID-19. Il-Ġvern laqa’ t-talba li saret mill-Għaqda sabiex tingħata għajnuna f’dan iż-żmien diffiċli u għalhekk il-Gvern nieda l-Skema Covid-19 Każini tal-Baned. F’din l-iskema l-Gvern ser jkun qed joħroġ is-somma ta’ €200,000 li ser jkun qed tiġi mqassma lis-Soċjetajiet Mużikali b’mod ugwali. Dan qed isir b’rikonoxximent għall-impenn soċjo-kulturali li s-Soċjetajiet tagħna jagħtu lejn is-soċjetà Maltija.

Sabiex is-Soċjeta’ tagħkom tkun tista’ tibbenefika min dan il-fond intom mitluba li timlew l-ittra li tista’ titnizel min hawn taħt. Din l-ittra għanda tintbagħat sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 13 ta’ Mejju 2020 fuq sylvia.gauci.1@gov.mt jew inkella bil-posta fuq l-indirizz:

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjari,

Good Causes Fund – Skema Covid-19 Każini tal-Baned,

Maison Demandols,

Triq in-Nofsinhar,

il-Belt Valletta.

Din l-ittra trid tiġi stampata fuq il-letter head tas-Soċjeta’ u iffirmata mill-President u l-Kaxxier. Kopja ta’ din l-ittra għanda tintbagħat ukoll lill-Għaqda Każini tal-Banda.

Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *