Fiċ-ċirkostanzi presenti l-Għaqda tħoss li fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida mill-Ġvern u l-Awtoritajiet tas-Saħħa u skond l-Avviz leġali 76/2020 l-Għaqda Każini tal-Banda qegħda tavża lill-membri tagħha li għandhom jaraw li l-Każini tagħhom jinżammu magħluqa. Dan għandhu jibqa fis-seħħ sakemm ma nirċevux xi informazzjoni ulterjuri mill-awtoritajiet ikkonċernati. Din l-ordni tiswa ukoll għall-dawk il-każini li għandhom banek tal-lottu, esibizzjonijiet jew xi mużewijiet.

Aħna nemmnu li s-saħħa tal-bniedem hija l-akbar prijorità f’dan il-mument diffiċli.

Għal aktar informazzjoni tistgħu tagħmlu kuntatt magħna fuq secretary@maltaband.org jew fuq is-siti soċjali tagħna.

Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *