Il-Fondazzjoni Kottonera b’kollaborazzjoni mal-Eżekuttiv tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda qed niedu it-tieni (2) edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Baned. Dan il-Festival ser jerġa jkun qed jittella f’4 pjazez jew postijiet pubbliċi jew siti storiċi ġewwa l-Kottonera.

Bħal ma sar is-sena l-oħra dan il-Festival ser inkun qed jagħti l-opportunita’ lill-kompożituri lokali sabiex jiktbu mużika ġdida għall-Baned Maltin.

Jekk inti kompożitur u tixtieq tissottometti kompożizzjoni inħeġġuk li tipparteċipa fil-laqgħa ta’ informazzjoni li ser isir nhar it-Tnejn 7 ta’ Frar 2021. L-informazzjoni fuq din il-laqgħa jinsabu fil-linji gwida li jistgħu jitniżlu min hawn taħt:

Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *