B’referenza għall-komunikat li ġie maħruġ dalgħodu mill-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli, il-bottegini tal-każini tal-banda tagħna jistgħu jerġgħu jiftħu minn nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2020. L-Eżekuttiv jirringrazzja lill-Awtoritajiet talli laqgħu t-talba tagħna sabiex il-każini tagħna jerġgħu jiftħu.

Il-kumitati għandhom jaraw li l-persuni responsabbli mill-ftuħ tal-bottegin jimxu mad-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet. Dawn id-direttivi jistgħu jitniżżlu minn fuq:

https://www.mta.com.mt/en/file.aspx?f=34231

Huwa importanti li jiġi segwit dan il-protokoll fil-linji gwida u qabel ma tiftħu tridu ċċemplu fuq in-numru 21692447 biex jiġi verifikat li l-bottegin huwa  konformi mal-imsemijja protokolli. Huwa fl-interess tal-kumitati li jaraw li dawn il-protokolli jiġu segwiti mill-operaturi tal-bottegin. F’każ li ma jiġux imħarsa dawn il-protokolli u l-penali għandu jeħilhom l-operatur tal-istess bottegin.

Dawk il-każini li għandhom bżonn ta’ aktar għajnuna jistgħu jagħmlu kuntatt magħna.

Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *