Flimkien ma l-awtoritajiet tas-saħħa l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda qed toħroġ linji gwida għal-kumitati tas-Soċjetajiet Mużikali sabiex b’mod gradwali jerġgħu jibdew jersqu lejn ħidma normali tagħhom fil-qasam bandistiku u kulturali tal-lokalitajiet rispettivi tagħhom.

Nirokomandaw li dawn il-linji gwida għandhom jiġu implimentati waqt it-tagħlim tal-mużika u kunċerti li jsiru fis-soċjetajiet tagħna. Dan sabiex jkun hemm ambjent siġur kemm għall-għalliema u l-studenti tagħna.

Dawn il-linji gwida ġew aġġornati fil-15 ta’ Ġunju 2020 u jistgħu jiġu riveduti. Ser inżommukom aġġornati bl-aħħar notifikazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità tas-Saħħa.


Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *