Nhar it-Tlieta 11 ta’ Jannar 2022 delegazzjoni mill-Eżekuttiv tal-Għaqda immexxija mil-President Dr Noel Camilleri kellha laqgħa mal-Prim Ministru Dr Robert Abela. Matul din il-laqgħa kordjali u nformattiva ġie diskuss kif jistgħu jiġu organizzati l-Festi matul din is-sena. Ġew diskussi ukoll kif is-Soċjetajiet tal-Banda tagħna jistgħu jibqgħu aktar sostenibbli għal ġid tal-komunitajiet lokali tagħna.

L-Eżekuttiv iħares l-quddiem għal aktar djalogu għal ġid tal-Festa Maltija u l-Kultura Bandistika ta’ pajjiżna.

Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *