L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tesprimi s-sodisfazzjon tagħha għall-konsultazzjoni miftuħa u sħiħa li kellha ma’ l-Arċisqof ta’ Malta l-Eċċ. Rev. Charles J. Scicluna u l-Kulleġġ tal-Kappillani, sabiex jiġu meħruġa d-direttivi ta’ kif għandhom isiru l-festi għal din s-sena.

Fil-jiem li ġejjin l-Għaqda ser tkun qed toħroġ id-direttivi tagħha ta’ kif is-Soċjetajiet Mużikali tagħna għandhom jagħqdu l-banda tagħhom sabiex jieħdu sehem fl-imsemmi pellegrinaġġ.

L-Għaqda tibqa’ tal-fehma li peress li fl-aħħar xhur is-Soċjetajiet Mużikali tagħna kienu wieqfa mill-attivitajiet tagħhom, ma huwiex għaqli li wieħed jippjana sabiex il-festi isiru kif kienu isiru sas-sena l-oħra.

Finalment, aħna nħossu li, fiċ-ċirkustanzi  preżenti fejn il-virus għadu fil-komunità, rridu nibqgħu responsabbli u bil-għaqal sabiex naħdmu flimkien għal festi aħjar s-sena d-dieħla. 

Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *