Ftuħ tal-Każini – COVID-19

B’referenza għall-komunikat li ġie maħruġ dalgħodu mill-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli, il-bottegini tal-każini tal-banda tagħna jistgħu jerġgħu jiftħu minn nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2020. L-Eżekuttiv jirringrazzja lill-Awtoritajiet talli laqgħu t-talba tagħna sabiex il-każini tagħna jerġgħu jiftħu. Il-kumitati għandhom jaraw li l-persuni responsabbli mill-ftuħ tal-bottegin jimxu mad-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet. Dawn id-direttivi jistgħu jitniżżlu minn fuq:

STQARRIJA – Festi 2020 fid-Djoċesi ta’ Għawdex u Covid-19

B’referenza għall-komunikat li ħareġ mid-Djoċesi ta’ Għawdex b’rabta mal-festi 2020 u d-dimensjoni ġdida li ser jingħataw konsegwenza ta’ Covid-19, l-Għaqda Nazzjonli tal-Baned Maltin trid tagħmel numru ta’ osservazzjonijiet. Qabel xejn, wieħed jifhem kemm dawn huwa żmien delikat għall-pajjiż kollu u japprezza l-ħidma li qed isir fuq livell mediku, ekonomiku u soċjali mill-Awtoritajiet tal-pajjiż. Irid jingħad

Skema Covid-19 Każini tal-Baned

Wara li għal dawn l-aħħar ħames ġimgħat konna qed niġbru l-informazzjoni meħtieġa dwar il-qagħda finanzjarja tas-Soċjetajiet Mużikali, dalgħodu saret laqgħa ma’ l-Ministru Profs. Edward Scicluna, l-Ministru Dr. Jose Herrera u s-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo. F’din il-laqgħa ġew diskussi l-isfidi li qegħdin naffaċċjaw minħabba l-COVID-19. Il-Ġvern laqa’ t-talba li saret mill-Għaqda sabiex tingħata għajnuna f’dan iż-żmien