Pellegrinagi Festi 2020

Wara l-istqarrija li saret ilbieraħ mid-deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Dr Chris Fearne, fejn ħabbar miżuri ta’ limitazzjoni għall-attivitajiet tal-massa, dalgħodu l-President ta’ l-Għaqda ġie mgħarraf mill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna fejn ġie konfermat li min din il-ġimgħa, l-pellegrinaġġ tal-festa ser ikun limitat għal 100 persuna. Dan jinkludi wkoll lill-banda/baned skond dak

Ċelebrazzjoni tal-Festi 2020

F’dawn iż-żmienijiet huwa importanti li nibqgħu nħarsu saħħet il-pubbliku ġenerali u ma għandna nagħmlu xejn li jista jippregudika x-xogħol kbir ta’ l-Awtoritajiet tas-Saħħa. Għalhekk l-Eżekuttiv ta’ l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, kif diga saħaq sabiex nimxu bi prudenza u maturità fl-attivitajiet li jiġu organizzati relatati mal- festi, mill-ġdid tħeġġeġ lill-membri tagħha li meta jiġu biex jiddeċiedu

Permessi għaċ-ċelebrazzjoni tal-Festi 2020

L-Eżekuttiv ta’ l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, wara laqgħa li kellhu illum mal-Kummissarju tal-Pulizija, jidderieġi lil membri tagħha li ma għandhomx jippublikaw dettalji dwar attivitajiet mużikali esterni relatati maċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi qabel ma jkunu inħarġu l-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet responsabbli. Din id-direttiva hija applikabbli b’effett immedjat. Dawk is-Soċjetajiet tal-banda li diġa ħarġu xi programmi, għandhom jirtirawhom minnufih.

Skema ngħinu finanzjarjament lill-Każini tal-Banda – 2020

Kif ġie imħabbar permezz tas-sit soċjali ta’ l-Għaqda t-terminu ta’ skadenza tal-applikazzjoni għall-iskema ‘Ngħinu Finanzjarjament is-soċjetajiet tal-banda’ ġiet estiża sal-31 ta’ Lulju 2020. Din l-estensjoni kienet possibbli sar wara l-intervent li għamlet l-Għaqda ma l-awtoritajiet ikkonċernati. Il-linji gwida ta’ din l-iskema jistgħu jitnizlu billi tafas hawn Ser tkun qed issir ukoll laqgħa ta’ informazzjoni nhar