STQARRIJA – Festi 2020 fid-Djoċesi ta’ Malta u Covid-19

L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tesprimi s-sodisfazzjon tagħha għall-konsultazzjoni miftuħa u sħiħa li kellha ma’ l-Arċisqof ta’ Malta l-Eċċ. Rev. Charles J. Scicluna u l-Kulleġġ tal-Kappillani, sabiex jiġu meħruġa d-direttivi ta’ kif għandhom isiru l-festi għal din s-sena. Fil-jiem li ġejjin l-Għaqda ser tkun qed toħroġ id-direttivi tagħha ta’ kif is-Soċjetajiet Mużikali tagħna għandhom jagħqdu l-banda

Linji Gwida għat-Tagħlim u Kunċerti fis-Soċjetajiet tagħna

Flimkien ma l-awtoritajiet tas-saħħa l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda qed toħroġ linji gwida għal-kumitati tas-Soċjetajiet Mużikali sabiex b’mod gradwali jerġgħu jibdew jersqu lejn ħidma normali tagħhom fil-qasam bandistiku u kulturali tal-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Nirokomandaw li dawn il-linji gwida għandhom jiġu implimentati waqt it-tagħlim tal-mużika u kunċerti li jsiru fis-soċjetajiet tagħna. Dan sabiex jkun hemm ambjent siġur

Ftuħ tal-Każini – COVID-19

B’referenza għall-komunikat li ġie maħruġ dalgħodu mill-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli, il-bottegini tal-każini tal-banda tagħna jistgħu jerġgħu jiftħu minn nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2020. L-Eżekuttiv jirringrazzja lill-Awtoritajiet talli laqgħu t-talba tagħna sabiex il-każini tagħna jerġgħu jiftħu. Il-kumitati għandhom jaraw li l-persuni responsabbli mill-ftuħ tal-bottegin jimxu mad-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet. Dawn id-direttivi jistgħu jitniżżlu minn fuq:

STQARRIJA – Festi 2020 fid-Djoċesi ta’ Għawdex u Covid-19

B’referenza għall-komunikat li ħareġ mid-Djoċesi ta’ Għawdex b’rabta mal-festi 2020 u d-dimensjoni ġdida li ser jingħataw konsegwenza ta’ Covid-19, l-Għaqda Nazzjonli tal-Baned Maltin trid tagħmel numru ta’ osservazzjonijiet. Qabel xejn, wieħed jifhem kemm dawn huwa żmien delikat għall-pajjiż kollu u japprezza l-ħidma li qed isir fuq livell mediku, ekonomiku u soċjali mill-Awtoritajiet tal-pajjiż. Irid jingħad

Skema Covid-19 Każini tal-Baned

Wara li għal dawn l-aħħar ħames ġimgħat konna qed niġbru l-informazzjoni meħtieġa dwar il-qagħda finanzjarja tas-Soċjetajiet Mużikali, dalgħodu saret laqgħa ma’ l-Ministru Profs. Edward Scicluna, l-Ministru Dr. Jose Herrera u s-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo. F’din il-laqgħa ġew diskussi l-isfidi li qegħdin naffaċċjaw minħabba l-COVID-19. Il-Ġvern laqa’ t-talba li saret mill-Għaqda sabiex tingħata għajnuna f’dan iż-żmien

FESTI 2020 – COVID-19

Wara l-istqarrija li nħarget ilbieraħ mill-Konferenza Episkopali ta’ Malta u ta’ Għawdex, l-Għaqda Każini tal-Banda kienet sorpriża bħal kulħadd b’din d-deċiżjoni u tħoss li kien jkun aktar xieraq li qabel ma ttieħdet sar djalogu magħha tenut kont li l-Membri tagħha huma stakeholders fil-festi tagħna kif ukoll għandhom post importanti fil-kommunitajiet tagħna. Fid-dawl taċ-ċirkustanzi straordinarji preżenti, l-Għaqda

Stqarrija – COVID-19 – 18 ta’ Marzu 2020

Fiċ-ċirkostanzi presenti l-Għaqda tħoss li fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida mill-Ġvern u l-Awtoritajiet tas-Saħħa u skond l-Avviz leġali 76/2020 l-Għaqda Każini tal-Banda qegħda tavża lill-membri tagħha li għandhom jaraw li l-Każini tagħhom jinżammu magħluqa. Dan għandhu jibqa fis-seħħ sakemm ma nirċevux xi informazzjoni ulterjuri mill-awtoritajiet ikkonċernati. Din l-ordni tiswa ukoll għall-dawk il-każini li għandhom banek

Stqarrija – COVID-19 – 12 ta’ Marzu 2020

Fiċ-ċirkostanzi presenti l-Għaqda tħoss li fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida mill-Ġvern u l-Awtoritajiet tas-Saħħa l-membri għandhom jaddottaw kawtela stretta u fejn hemm bżonn jiġu imħassra l-attivitajiet. Dan sakemm ma ikunx hemm xi direttivi ġodda. Aħna nemmnu li s-saħħa tal-bniedem hija l-akbar prijorità f’dan il-mument diffiċli. Għalhekk l-attivitajiet pjanati mill-Għaqda ser ikunu qed jiġu posposti. Dettalji

Kunsill Ġenerali 2020

Waqt il-Kunsill Ġenerali li ltaqa l-Ġimgħa 28 ta’ Frar 2020 ġewwa l-Forti Sant Anġlu nħatar l-Eżekuttiv il-ġdid tal-Għaqda għas-sentejn li ġejjin. L-Eżekuttiv il-ġdid huwa furmat kif ġej: President: Dr. Noel Camilleri Viċi President: Omar Xuereb Segretarju Ġenerali – Joseph C. Azzopardi Kaxxier – Christopher Briffa Rapreżentant tal-Baned Għawdxin – Joseph Bajjada Membri: Bartolo Lino Borg