Ftuħ tal-Każini – COVID-19

B’referenza għall-komunikat li ġie maħruġ dalgħodu mill-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli, il-bottegini tal-każini tal-banda tagħna jistgħu jerġgħu jiftħu minn nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2020. L-Eżekuttiv jirringrazzja lill-Awtoritajiet talli laqgħu t-talba tagħna sabiex il-każini tagħna jerġgħu jiftħu. Il-kumitati għandhom jaraw li l-persuni responsabbli mill-ftuħ tal-bottegin jimxu mad-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet. Dawn id-direttivi jistgħu jitniżżlu minn fuq:

STQARRIJA – Festi 2020 fid-Djoċesi ta’ Għawdex u Covid-19

B’referenza għall-komunikat li ħareġ mid-Djoċesi ta’ Għawdex b’rabta mal-festi 2020 u d-dimensjoni ġdida li ser jingħataw konsegwenza ta’ Covid-19, l-Għaqda Nazzjonli tal-Baned Maltin trid tagħmel numru ta’ osservazzjonijiet. Qabel xejn, wieħed jifhem kemm dawn huwa żmien delikat għall-pajjiż kollu u japprezza l-ħidma li qed isir fuq livell mediku, ekonomiku u soċjali mill-Awtoritajiet tal-pajjiż. Irid jingħad

Skema Covid-19 Każini tal-Baned

Wara li għal dawn l-aħħar ħames ġimgħat konna qed niġbru l-informazzjoni meħtieġa dwar il-qagħda finanzjarja tas-Soċjetajiet Mużikali, dalgħodu saret laqgħa ma’ l-Ministru Profs. Edward Scicluna, l-Ministru Dr. Jose Herrera u s-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo. F’din il-laqgħa ġew diskussi l-isfidi li qegħdin naffaċċjaw minħabba l-COVID-19. Il-Ġvern laqa’ t-talba li saret mill-Għaqda sabiex tingħata għajnuna f’dan iż-żmien

FESTI 2020 – COVID-19

Wara l-istqarrija li nħarget ilbieraħ mill-Konferenza Episkopali ta’ Malta u ta’ Għawdex, l-Għaqda Każini tal-Banda kienet sorpriża bħal kulħadd b’din d-deċiżjoni u tħoss li kien jkun aktar xieraq li qabel ma ttieħdet sar djalogu magħha tenut kont li l-Membri tagħha huma stakeholders fil-festi tagħna kif ukoll għandhom post importanti fil-kommunitajiet tagħna. Fid-dawl taċ-ċirkustanzi straordinarji preżenti, l-Għaqda

Stqarrija – COVID-19 – 18 ta’ Marzu 2020

Fiċ-ċirkostanzi presenti l-Għaqda tħoss li fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida mill-Ġvern u l-Awtoritajiet tas-Saħħa u skond l-Avviz leġali 76/2020 l-Għaqda Każini tal-Banda qegħda tavża lill-membri tagħha li għandhom jaraw li l-Każini tagħhom jinżammu magħluqa. Dan għandhu jibqa fis-seħħ sakemm ma nirċevux xi informazzjoni ulterjuri mill-awtoritajiet ikkonċernati. Din l-ordni tiswa ukoll għall-dawk il-każini li għandhom banek

Stqarrija – COVID-19 – 12 ta’ Marzu 2020

Fiċ-ċirkostanzi presenti l-Għaqda tħoss li fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida mill-Ġvern u l-Awtoritajiet tas-Saħħa l-membri għandhom jaddottaw kawtela stretta u fejn hemm bżonn jiġu imħassra l-attivitajiet. Dan sakemm ma ikunx hemm xi direttivi ġodda. Aħna nemmnu li s-saħħa tal-bniedem hija l-akbar prijorità f’dan il-mument diffiċli. Għalhekk l-attivitajiet pjanati mill-Għaqda ser ikunu qed jiġu posposti. Dettalji

Kunsill Ġenerali 2020

Waqt il-Kunsill Ġenerali li ltaqa l-Ġimgħa 28 ta’ Frar 2020 ġewwa l-Forti Sant Anġlu nħatar l-Eżekuttiv il-ġdid tal-Għaqda għas-sentejn li ġejjin. L-Eżekuttiv il-ġdid huwa furmat kif ġej: President: Dr. Noel Camilleri Viċi President: Omar Xuereb Segretarju Ġenerali – Joseph C. Azzopardi Kaxxier – Christopher Briffa Rapreżentant tal-Baned Għawdxin – Joseph Bajjada Membri: Bartolo Lino Borg

Prezentazjoni ta’ Kotba lill-President ta’ Malta

Fuq stedina tal-President ta’ Malta l-E.T. Dr. George Vella, it-Tlieta 11 ta’ Frar saret ċerimonja fil-Palazz ta’ Sant Anton fejn ġew prezentati koppja tal- Pubblikazzjonijiet li jitrattaw l-istorja tal-każini tal-banda. Fid-diskors ta’ l-okkazjoni il-President Dr. Vella tkellem fuq l-importanza li l-għaqdiet mużikali għandhom mhux biss fir-riġward tal-kultura mużikali ta’ pajjizna, imma ukoll fuq livell lokali.

Enhancing Wind Instruments in Malta

Musical Conducting Workshops and other related material by Mro. Helge Haukus & Mro. Giampaolo Lazzeri. These worksop are being co-financed under the Training Initiative Scheme Last Monday the 17th February 2020 the first part of the course was concluded by Mro. Haukas. We would like to thank Mro. Haukas for the professional way he has